Il-media lokali bdiet tagħmel reazzjoni għall-istorja dwar Hunter Biden u l-ħasil ta’ flus minn Malta.

Il-media lokali bdiet tagħmel reazzjoni għall-istorja dwar Hunter Biden li jiġi t-tifel tal-President Amerikan Joe Biden u kif dan għadda flus maħmuġin minn Malta. Kien dan is-sit li beda jittratta din l-istorja li bdiet iddur fuq twitter mill-ġimgħa l-oħra. Imma l-mainstream media evitata. Issa il-Malta Today tkellmet dwarha u sew għamlet.

Infakkar li dawk li llum isejħu lilhom infushom bħala ta’ favur Daphne, u l-mainstream media li hemm wara dan il-grupp kienet ferħana meta Donald Trump ma baqgħax president tal-Istati Uniti. Simon Busuttil ma ddejjaqx juri l-gost tiegħu li Donald Trump kien spiċċa minn mexxej jew aħjar president tal-Istati Uniti u tela’ Joe Biden. Ara issa ma jimpurtax li t-tifel ta’ Joe Biden ħasel flus mill-Ukraina ġewwa Malta. Dawn mill-flus tal-Pilatus Bank biss jimpurtahom. Nistennew u naraw jekk ir-Repubblichini hux ser jiktbu xi ktieb dwar din l-istorja!

Għal darba oħra qed ikun ikkonfermat li dan is-sit qed jxandar il-verita’ li l-mainstream media ma tridx li l-poplu jkun jaf biha jew tipprova żżommu kemm jista’ jkun fl-għama dwarha.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *