Byron Camilleri jagħżel sirena biex tmexxi l-akkademja tal-pulizija.
Il-media tatna l-aħbar li l-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri, għażel lil Karen Galea bħala l-persuna li ser tmexxi l-akkademia tal-pulizija. Ma nafx min hija u nawguralha. Imma qed nġib profile picture li din il-persuna tellgħet fuq Facebook ftit tas-snin ilu. Issa tifhmu għala nitkellem kif nitkellem fuq ritratti fuq Facebook. Bottom line, nies f’karigi għolja ma għandhomx ikollhom profiles fuq social media oħra biex joqgħodu juru r-ritratti tagħhom. Il-messaġġ li qed jibgħat dan il-gvern b’dawn l-għażliet ma hu xejn sabiħ. Hawn qed nitkellmu fuq post li deher tliet snin ilu u mhux xi ħafna snin ilu meta persuna kienet tattendi l-iskola sekondarja!

