The Times kienet tikkritika lill-gvern talli kien qed ikun diffiċli mal-barranin: issa qed ikollha tibla’ ilsienha.

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Ilbieraħ, The Sunday Times tatna artiklu dwar x’qal ilPrim Ministru fir-rigward tal-immigrazzjoni lejn pajjiżna. The Times irrapportat dwar interview li ta l-Prim Ministru lil One News fejn tkellem fuq żewġ affarijiet. L-ewwel li tkellem kien dwar dak li ġara fil-Greċja fejn dgħajsa bl-immigranti għerqet. Hu qal li Malta ser tibqa’ tkun ta’ għajnuna lil dawk l-immigranti li jsibu diffikulta’. Imbagħad għadda biex tkellem dwar problemi komuni marbuta mal-immigrazzjoni. It-tieni, tkellem dwar iż-żjara tiegħu fl-Italja fejn hemm ukoll tkellem mal-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni fuq politika komuni għall-immigrazzjoni bejn Malta u l-Italja.

Dak li wieħed jinnota li dan l-artiklu kien miktub b’sens ta’ kronaka u differenti minn kif ħafna darbi ta’ The Times jiktbu l-artikli tagħhom fuq dan is-suġġett tal-immigrazzjoni. Normalment ta’ The Times itellgħu artikli biex jikkritikaw lill-gvern minħabba l-politika tal-immigrazzjoni tiegħu u jgħidu li mhux qed jagħmel biżżejjed. Jidher anki li ta’ The Times qed ikollhom jirrikonoxxu li l-mod kif kienu qed iwasslu l-messaġġ tagħhom fuq l-immigrazzjoni, ħadd ma baqa’ jeħodhom bis-serjeta’.

Infakkar li fil-passat, The Times kienet tikkritika dwar il-fatt li fil-ħruġ ta’ permessi tal-ħaddiema barranin, speċjalment dawk mill-Indja jew pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kienu qed jieħdu fit-tul. Hu ċar li kull darba li kienu qed jinkitbu dawn it-tip ta’ artikli, dawn ma kienux qed jinkitbu fl-interess ta’ dawn il-ħaddiema jew l-immigranti, imma aktar fl-interess ta’ dawk li kienu qed iħaddmuhom.

Issa wasalna f’sitwazzjoni fejn il-ministru tal-gvern qed jgħid li dan hu l-mudell ekonomiku li rridu nżommuh biex Malta tibqa’ timxi ‘l quddiem. L-istess gvern qed jgħid li jekk iwaqqaf l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin, l-ekonomija kollha tagħna taqa’. Il-gvern qed jammetti li b’dawn il-mudell, il-businessmen ħbieb ta’ The Times daħħlu lil Malta fil-ħajt.

Kemm infakkar illi filwaqt li kulħadd imxebba bil-popolazzjoni li qed tiżdied bil-barranin f’pajjiżna, it-Times bħal ħafna mill-media tal-lingwa Ingliża kienet ikkundannat il-Gvern mhux għax kienu qed jinġibu aktar barranin iżda talli ma kienux qed iħaffulhom il-proċess biex jiġu Malta. Fi ftit kliem, mhux talli appoġġjat dan il-mudell ekonomiku ta’ dal-Gvern, talli skontha m’għamilx biżżejjed.

Għall-ġid tas-sigurta’ tal-pajjiż, dawn huma oqsma fejn m’għandux ikun hemm ġiri, anzi kollox għandu jkun iċċekkjat u aċċertat jiġifieri kontra kif kienu jissuġġerixxu l-ġurnalisti woke ta’ The Times. Jidher li finalment, ilPrim Ministru qed ikollu jirrikonoxxi dan il-fatt. Għall-inqas dan kien il-messaġġ li bagħat ilbieraħ permezz ta’ din l-intervista anki jekk bħala mudell ekonomiku, issa huwa diffiċli ħafna li jinbidel mingħajr skossaturi kbar.

One thought on “The Times kienet tikkritika lill-gvern talli kien qed ikun diffiċli mal-barranin: issa qed ikollha tibla’ ilsienha.

  1. Aparti id-daqxejn tahwid li hawad ghawn fuq. Kun zgur li luniku scop li jezistu kemm tat-t.o.m u kemm ta dun beruit u li totalment ipingu ikrah dak kollu li ghandu xjaqsam ma laminisdtrazjoni tal pajjiz ak-kwalinkwa kost.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *