Joe Biden u l-greylisting ta’ Malta

Dan is-sit qed jitkellem dwar storja li qed tiżviluppa bħalissa fl-Istati Uniti. It-tifel ta’ Joe Biden, Hunter Biden inqabad li kien ittrasferixxa madwar 10 miljun dollaru Amerikan mill-Ukraina għal ġo bank f’Malta. Dan għamlu permezz ta’ SATA bank li kien hemm San Ġiljan.

Ftit qabel ma’ Malta ġiet greylisted, il-pulizija kienet resqet raġel l-qorti fuq money laundering. Ma’ din l-istorja kien hemm marbuta l-Ukraina u l-interess Amerikan. Il-pulizija kienet qed tgħid, waqt il-proċeduri fil-qorti, li ma kellhiex l-informazzjoni kollha u l-maġistrata kienet għamlet pressjoni kbira fuq il-pulizija biex iġġib il-provi.

Issa ġara li provi jidher li nstabu. It-tifel ta’ Joe Biden, Hunter Biden, ħa l-kompjuter tiegħu għat-tiswija u kien hawn li nstabu emails li jinvolvu lil Malta f’dan il-ħasil ta’ flus. Il-media lokali għadha b’ħalqha magħluq fuq din l-istorja. Mela l-media tagħmel storja sħiħa fuq il-Pilatus bank u r-Repubblichini kitbu kotba biex jgħidu li dan kien il-bank korrott ta’ Joseph Muscat. Mhux ser nidħol fil-mertu jekk sarx ħasil ta’ flus minn dan il-bank. Imma n-narrattiva kienet li Malta ġiet greylisted minħabba l-korruzzjoni ta’ dan il-bank u l-korruzzjoni. Jidher li l-vera raġuni għala Malta ġiet greylisted kien għaliex xi ruħ tajba u tal-affari tiegħu fil-korp tal-pulizija beda jinvestiga lil fixture Malti li kien qed jgħin lit-tifel ta’ Joe Biden jaħsel il-flus mill-Ukraina f’Malta. Infakkar li meta ġejna greylisted, ġa kienet issemmiet l-Amerika u kien intqal li din setgħet kienet tpattija talli Malta ma kienetx aċċettat li tiffirma s-SOFA Agreement li l-Amerika riedet timponi fuq gżiritna.

Xi ħadd għamel mime fuq Joe Biden u ġibuh f’ritratt immuntat iżomm il-Maltese Falcon f’idu! Din hija propaganda li qed issir biex ikun emfazizzat il-konnessjoni ta’ korruzzjoni bejn Biden u Malta.

Mhux qed ngħid li Malta ma hawnx korruzzjoni. Dażgur li hawn. Imma l-korruzzjoni li hawn ma tiġġustifikax li kellna niġu greylisted mill-West. Il-greylisting kienet tpattija. Illum wieħed jifhem għala Dom Mintoff u kull politiku qablu kienu kontra li l-pajjiżna jiddejjen għaliex rajh ma jibqax f’idejh. Ara x’ġara. Għaliex xi ħadd beda jinvestiga l-korruzzjoni ta’ Biden, l-amministrazzjoni malajr pamplitilna u għamlitna greylisted.

Issa ħadd ma jista’ jgħid li din l-istorja dwar Joe Biden u ibnu Hunter Biden ġiet ivvintata minn Joseph Muscat u sħabu kif qalu dwar storja oħra li ħareġ fil-media internazzjonali dwar Chris Fearne.

One thought on “Joe Biden u l-greylisting ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *