Għaliex l-argument ta’ Joseph Muscat kontra l-Maġistrata Gabriella Vella ma jorbotx?
Minn osservatur politiku
Argument bażwi dak li qed juża Joseph Muscat biex jipprova jiddefendi l-indifensibbli. Skont l-eks-Prim Ministru, il-Maġistrat Gabriella Vella għandha tirtira mill-kumpilazzjoni tal-evidenza għaliex ħuha u missierha ikkritikawh fuq Facebook. U skont Muscat, la hi ma ċanfrithomx allura qed iżżomm magħhom.
Argument pwerili bħal dawk li qed iġib l-eks-President Amerikan Donald Trump u l-eks-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson meta jippruvaw isaħħnu l-irjus biex iġibu l-appoġġ tal-poplu warajhom. Mela skont Muscat għax il-Maġistrat Vella qalet li ħuha u missierha għandhom dritt għall-opinjoni u espressjoni tagħhom dan ifisser li taqbel magħhom. Il-familjari tal-maġistrat ixxerjaw post fuq facebook li kienet tellgħet l-għaqda Repubblika.
Skond Muscat minn dak il-mument li l-maġistrat iddikjarat ruħha fuq il-familjari tagħha, l-każ ġie preġudikat u inkissru d-drittijiet tiegħu. Muscat qed jistaqsi lill-qorti biex tordna r-rikuża tal-istess maġistrat wara li hi kienet iddeċidiet li ma tirrikużax ruħha. L-avukati tiegħu għamlu rikjesta biex Vella tkun sospiża mix-xogħol kollu li għandu x’jaqsam mal-inkjesta u allura ma tibqax tiġbor informazzjoni dwar l-isptarijiet. Il-maġistrat Vella qalet li l-kummenti tal-familjari tagħha kienu riżultat ta’ free speech. Għall-kuntrarju Muscat qed jgħid li huwa qed jitlob din ir-rikuża għax jemmen li d-drittijiet tiegħu qed jiġu mittiefsa kif il-maġistrat ma kkundannatx dak li kitbu l-familjari tagħha.
Imma fuq kollox, il-Maġistrat Vella m’hix se tkun hi li tagħti xi verdett fuq Muscat, imma xogħolha hu biss li tiġbor l-evidenza u wara tħalli f’idejn il-pulizija biex tidditermina jekk għandiex tressaq lil Muscat jew le. Fuq kollox, anki jekk tordna biex jittieħdu passi, finalment huwa l-avukat ġenerali li jiddeċidi jekk għandhomx jittieħdu passi jew le.

Tant hu zgur li taqbel maghhom li hi mux biss ma canfrithomx izda zammet maghhom. Il-Bazwi hadd ma jaghraf il-Bazwi daqsu.
What was the reason why Magistrate Lija had to recluse herself.
Because those the pretends that only them have a right to chose a magustrat did not eant her.
Jidher li kien irrapurtat li kien hemm raguni ohra, dik li l magistrat ma ghandiex kontrol fuq il hrug ta informazzjoni u lo ma ghamlet xejn biex dan l abbuz jitwaqqaf. Veru jew le?
Ibghat il-mistoqsija lil-jasin u zgur li jispjegallek bi-fatti li mux veru kien emm leaks.
Hekk hu imma dan l’osservatur politiku li jidher li hu biased daqs Il magistrat insieh dan Il punt
Għal darba oħra Sur Osservatur Politiku żbaljat bil-KBIR. Wieħed mill-fundamenti tal-ġustizzja hija li l-ġudikant irid jidher imparzjali u ġust. F’dan il-każ jidher ċar li qraba tal-ġudikant jikkumentaw b’mod miftuħ dwar l-ex PM u informazzjoni li suppost hija koperta mill-divjet spiċċat fil-media. L-ex PM għandu raġun u l-kunsiderazzjoni ta’ l-imparzjalita’ u l-ġustizzja trid tidher qed isir ser ikunu r-raġunijiet ewlenin li jagħtuh raġun!!!
Sabiex il-qarrejja ikunu jistgħu jevalwaw sew l-argumenti tiegħek, trid tibda milli tippubblika ismek, B’hekk il-qarrejja ikunu jistgħu jevalwaw dak li qed tgħid mal-aġenda politika/personali tiegħek.
Grazzi