Ma kienx hemm ċaħda li Claudio Grech huwa konsulent ma’ Johan Schembri

Kważi ġimgħatejn ilu, The Sunday Times tagħtna storja li Joseph Muscat spiċċa konsulent ma’ kumpanija ta’ Johan Schembri li hu involut fl-industrija tal-Casinos. Sew għamlet The Sunday Times li staqsiet fuq Joseph Muscat. Il-ġurnalisti ta’ The Sunday Times qalu li din hija biċċa xogħol ta’ revolving doors. Naqblu. Imma għala jistaqsu biss fuq in-naħa tal-Lejber. Tal-PN jagħmlu l-istess. Jien kont staqsejt jekk hux veru li Claudio Grech hux qed jagħti konsulenzi lil Johan Schembri. Ħadd ma ċaħad jew wieġeb. Il-Malti jgħid li s-skiet risposta jiġifieri din hija aħbar minnha. Imma l-anqas Joseph Muscat ma hu l-uniku persuna li kienet involuta fil-politika u spiċċa jaħdem ma’ Johan Schembri. Duncan Borg Myatt daħal ma’ waħda mill-kumpaniji ta’ Johan Schembri. Hawn qed nirreferi għall-Izi Group li tagħmel miljuni fis-sena.

Issa min isegwi l-politika, kulħadd jaf li Claudio Grech hu biċċa’ waħda ma’ Austin Gatt. U l-anqas Claudio Grech biss, min-naħa tal-PN spiċċa hu ma’ Austin Gatt. Borg Myatt huwa wkoll fil-grupp ta’ Austin Gatt. Issa ma hemm xejn ħażin li Borg Myatt li hu fil-grupp ta’ Austin Gatt spiċċa jaħdem ma’ Johan Schembri. Ejja ngħiduha kif inhi, ma naħsibx li Borg Myatt kien ġie rrakkomandat minn Joseph Muscat!

Mela jekk xi ħadd minn tal-Lejber jispiċċa jaħdem ma’ Johan Schembri, The Times tagħmel storja bih, imma meta nies qrib Austin Gatt jispiċċaw ma’ din il-kumpanija qiesu ma ġara xejn. Kollox sew u jfuħ. Jien l-ipokrezija ġurnalistika li ddejjaqni u mhux il fatt li xi ħadd bħal Claudio Grech, Borg Myatt jew Joseph Muscat spiċċaw konsulenti ma’ Johan Schembri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *