Jiżdiedu n-nies li qed jgħidu li d-direzzjoni ekonomika tal-pajjiż mhux fid-direzzjoni t-tajba
Minn Osservatur Politiku
Kull sit xhur il-Eurobarometer jagħtina nformazzjoni ta’ min jixtarr. Waħda minn dawn hija li bħalissa huma biss 36% tal-poplu Malti u Għawdxi li jaħsbu li l-pajjiż tagħna miexi fid-direzzjoni t-tajba. Dan ma jawgurax tajjeb għall-Gvern tal-ġurnata. Ta’ min jirrimarka li dan il-perċentwal fl-istess stħarrig ta’ sit xhur ilu kien laħaq il-65 %. Dan juri li b’dawn l-aħħar xhur il-fiduċja li l-pajjiż miexi tajjeb marret lura b’29 punti perċentwali.
Mhux talli hekk talli 42% jaħsbu li għad-direttura l-pajjiż miexi lejn id-direzzjoni l-ħażina. Ta’ min isemmi li dan l-istħarriġ sar f’Marzu li għadda u bil-fors ikollok tirrimarka li dan l-istess stħarriġ sar eżattament wara li ħarġet is-sentenza tal-isptarijiet. Wieħed bil-fors ikollu jgħid li dik is-sentenza kellha effett kbir fuq il-poplu Malti u Għawdxi u ħalliet togħma tant qarsa li persentaġġ mill-poplu ħassu li l-pajjiż sejjer lura flok ‘l quddiem. Din is-sentenza ħalliet fuq fomm kulħadd nuqqas ta’ fiduċja fil-Gvern tal-ġurnata. Kienet sentenza li tappnet ħafna lit-tmexxija tal-pajjiż bil-frawdolenza li ġiet iddikjarata mill-Imħallef.
Dan l-istess stħarriġ qalilna li 49% biss huma kuntenti bil-mod kif inhi miexja d-demokrazija f’pajjiżna. Dan meta imqabbel ma sit xhur ilu fejn kien iriżulta li 70% kienu kuntenti bid-demokrazija f’pajjiżna. Dan juri li 21% tal-poplu Malti u Għawdxi biddlu l-opinjoni tagħhom f’sit xhur. Bil-fors li wieħed jerġa’ jsemmi li dan l-istħarriġ beda jsir ġimgħa waħda biss wara li l-isptarijiet Maltin reġgħu ġew lura f’idejn il-poplu Malti u Għawdxi. Tiskanta kif sentenza bħal dik li tistqarr li membri għoljin tal-Gvern hemm ċans li kienu f’disgwid ma’ kumpaniji barranin, ħalliet effett qawwi fuq kif jaħseb u jħares lejn il-politika l-poplu.
Biss xi ħaġa tal-iskantament li ħareġ minn dan l-istħarriġ hija li meta l-poplu kien mistoqsi hekk humiex kuntenti kif il-ħajja personali tagħhom hi miexja, 75% minnhom qalu li huma sodisfatti. Dan ir-riżultat baqa’ jsostni dak li kien qal l-istħarriġ ta’ sitt xhur ilu. Għalkemm il-pajjiż għaddej minn żminijiet ta’ taqlib, il-poplu huwa kuntent bil-ħajja personali tiegħu jew tagħha. Dan jagħti nifs tajjeb għat-tmexxija tal-pajjiż li jekk juri li għandhom ċertu nuqqasijiet dan mhux qed jirrifletti fuq il-ħajja personali tan-nies.
Dan l-aħħar stħarriġ ħareġ eżatt sena qabel ma jkun hemm l-elezzjonijiet għall-parlament ewropew u għalhekk ħares ukoll lejn ix-xejra tal-votant għal dawn l-elezzjonijiet li ser isiru fl-2024. Dak li rriżulta juri li 48% biss qed jgħidu li huwa mportanti ħafna li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet li ġejjien. Ma tistax ma tirrimarkax li 21% ma tantx jidhru li għandhom interess li jivvutaw fl’elezzjonijiet li ġejjien.

Mela kif trid timxi l.quddiem l ekonomija…billi tnehhi s.sussidji ta L.energija fuq dawl fuel petrol diesel u gas skond tal.PN u l.establishment..
U jonqsu l.flus fl.idejn u f.idejn in.negozjanti ghal aktar xoghol u haddiema….tal.PN iridu jwaqqfu l ekonomija ghal voti…