Jidher li l-istorja tad-djar tax-xjuħ ta’ Bormla hija ħadma tal-gvern biex ikeċċi lill-anzjani minnha: Jekk veru hemm il-ħsarat għaliex ma jordnax inkjesta bil-maġistrat?
Illum kellna storja f”The Times fejn il-Ministru tal-anzjani, Jo Etienne Abela, qed jgħid li d-dar tax-xjuħ ta’ Bormla għandha ħsarat strutturali u trid titwaqqa’. Anzi qed jgħid li tant kemm hu kbir il-periklu li l-anzjani kollha jridu jiġu mkeċċija minn din id-dar sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Il-ministru jgħid li din hija dar li nbniet fażijiet taħt amministrazzjonijiet differenti, kemm Nazzjonalisti u Laburisti. Jien mhux ser nidħol fl-argument politiku, jekk kienx il-gvern tal-Lejber jew dak tal-PN risponsabbli għal dawn il-ħsarat. Dan hu rrelevanti. Imma kulħadd jaf li meta jsir xogħol fuq bini, iridu jinħarġu ċ-ċertifikati kollha meħtieġa li x-xogħlijiet saru tajjeb ħalli jsiru l-ħlasijiet. Mela, irrispettivament mill-amministrazzjoni li kienet, jekk verament hemm ħsarat strutturali, allura l-kuntrattur li ħadem fuq din id-dar ħadem fuqha b’mod ħażin. Xi ħadd x’imkien għandu jġorr ir-responsabbilita’ ta’ dawn il-ħsarat.
Mela għala l-gvern ma jieħux passi kontra minn hu risponsabbli ta’ xogħol ħażin jew ta’ dawn il-ħsarat fuq din id-dar? Fuq dan ix-xogħol tħallsu miljuni ta’ ewros minn flus il-poplu. Mela jekk verament hemm ħsarat strutturali kif qed jgħid Jo Etienne Abela, għaliex ma jordnax inkjesta minn maġistrat ħalli jkun stabbilit minn kienu dawn risponsabbli għalihom?
Komda li tgħid li hemm ħsarat biex tkeċċi l-anzjani mid-Dar ta’ Bormla. Imma mbagħad ma tieħux passi kontra minn għamel ix-xogħol ħażin hija ftit stramba. Għalhekk nibda naqbel ma’ dawk li qed jgħidu li din hi xi ħadma.
Imsomma, ser ikollha xi storja oħra bħal konkos ta’ Mater Dei. Din kienet storja kbira li xejn ma hemm tajjeb u qatt ma ttieħdu xi passi kontra minn seta’ naqas! Kollox intesa.
L-istess ser jiġri f’Bormla. L-aqwa li nkeċċu lill-anzjani minn din id-dar. Bormla ser tgħaddi minn dak li għaddejja minnu l-Belt bħalissa. Bil-mod il-mod, ser jitkeċċew ir-residenti minn din il-lokalita’. Bormla hekk ser jiġrilha. Mhux ser tibqa’ Bormla tal-Bormliżi bħal ma llum, il-Belt ma għadhiex aktar tal-Beltin.

L-inkjesti f ‘idejn il-PN dak ihobbhom.
Il-PL jiehu d-decizzjonijiet u jimxi l quddiem.
Kontra min naqas Mater Dei kif tridhom jittieħdu passi meta Skanska ingħatat waiver? Tieħu passi kontra Lawrence Gonzi li tagħhilhom? Mela hawn m’hawnx argument!
Issa fuq id-dar tal-anzjani ta’ Bormla rajna b’għajnejna il-ħsarat strutturali enormi li hemm. Voldieri, iva, bla dubbju ta’ xejn, irid isir xi ħaġa fuq skala kbira b’urġenza! Probabbilment din id-deċiżjoni ttieħdet qabel l-elezzjoni għax tattikalment li kellhu jibda x-xogħol qabel ma kienx ikun jawgura tajjeb għall gvern. Mela din biss nara li kienet, jekk trid tgħidilha hekk, ‘il-ħadma’.
Issa tattikalment x’jaqbel għal gvern? Fadal 4 snin għall-elezzjoni. Ħa jkun telf ta’ ħin tgħamel inkjesta li taf iddum xhur u anke snin għaddejja. X’ħa jsir sadanittant għax issa l-gvern iddikjara li hija ta’ perikolu għal min ikun taħt is-saqaf tagħha. Immaġina jekk issa jkollu jiġri allaħares qatt dak li qiegħdin jgħidulna jista’ jiġri. Ara x’barax ta’ kritika jieħu ġo fiħ il-gvern li ma ħax azzjoni f’ħinha. Ara x’festa tgħamel l-oppożizzjoni sa elezzjoni oħra takkuża l-gvern jekk xi ħadd ikorri jew jinqatel.
Ejja ma nurux id-debba u nqabbżu l-ħmara fuq din. Il-Gvern ma jista’ qatt issa jdawwar il-pjan mli minflok far ta’ l-anżjani jqabbes xi ħaġa oħra u b;hekk juri li verament din kienet ħadma. Ma tarawx li mhux ħa jgħamel żball li żgur tiswieħ l-elezzjoni! Anzi ħa jfittex ilesti ħafna qabel l-elezzjoni!
Trid tkun veru redicolu bil-pedgree biex torog d’bezaq l’gvern irid ikkecci lil anzxjani mid dar ta l’anzjani.
Jigifieri issa naghmlu inkjesta magisterjali biex fejn hemm xi binja specjalment tal-gvern biex din tkun ikkundannata.Mela l-perit ghal xiex qieghed.U jekk ghal argument issir inkjesta,il-magistrat mhux fuq il-periti joqghod u l-esperti ghax zgur li magistrat ma jkunx jifhem fil-bini daqs il-periti u l-esperti ghax ghalhekk jigu mqabbda.