Jason Azzopardi jinkixef li hu biċċa waħda ma’ Chris Fearne.

Ilbieraħ, jien ippubblikajt artiklu li deher fil-EU Reporter. Dan kien dwar Chris Fearne. Ma tantx kien artiklu sabiħ fuq Chris Fearne, Jonathan Cardona u t-tifla ta’ Carmen Ciantar. B’għaġeb tal-għeġubijiet, min ħareġ jiddefendihom? Ħadd ħlief Jason Azzopardi. Azzopardi qed jgħid, bħal ma qed jgħid Mark Camilleri, li dawn huma kollha qlajjiet fuq Chris Fearne. Jien ma nafx jekk hux qlajjiet jew le. Biss kulħadd jaf is-salarju li Chris Fearne ta lil Carmen Ciantar. Dak żgur mhux qlajja.

U nixtieq nistaqsi lil Jason Azzopardi jekk hux veru li hemm offshore account marbut mal-familja Ciantar? Bħala persuna li normalment ikun infurmat fuq il-fatti, għandu jkun jaf jekk jeżistix dan it-tip ta’ offshore account. Infakkar lil Jason Azzopardi li sieħbu Mark Camilleri, li l-istess Jason Azzopardi qed jgħaddilu l informazzjoni, ikkonferma li Carmen Ciantar għandha offshore account. Jekk dan hu minnu, Jason Azzopardi jista’ jispjega għala fetħitu? Normalment, il-flus tal-paga titfaħhom f’account ta’ bank lokali u mhux f’account ta’ bank barrani!

Infakkar lil Jason Azzopardi dak li kitbu ICIJ dwar Carmen Ciantar. Sa fejn naf jien, Matthew Caruana Galizia huwa biċċa waħda ma’ dawn il-ġurnalisti. F’daqqa waħda dan l-avukat qed jgħid li dan kollu gideb. Jien ma nafx jekk hux gideb jew le, imma naf li ġurnalista mill-Ukraina qed tistaqsi u tagħmel affirmazzjonjiet xejn sbieħ dwar Fearne. Jekk xejn, dan il-messaġġ ta’ Jason Azzopardi kixef li hu biċċa waħda ma’ Chris Fearne.

One thought on “Jason Azzopardi jinkixef li hu biċċa waħda ma’ Chris Fearne.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *