X’ser tagħmel il-pulizija issa? Ser tressaq lil Nicky Azzopardi fuq hate speech?

Qed inġib kumment li għamel fuq Facebook Nicky Azzopardi lil Ivan Grech Mintoff. Din hija diskursata bħal ma kienet dik ta’ Fr. David Muscat ma’ persuna oħra. Anzi din bdiet wara li Grech Mintoff tella’ post kontra l-gay parade f’Għawdex.

Lil Fr. David Muscat, il-pulizija ressqitu l-qorti, u l-qorti tal-appell tagħtu sitt xhur ħabs sospiżi.

Issa x’ser tagħmel il-pulizija fuq dan il-kumment ta’ Nicky Azzopardi? Dan hu gravi daqs jew agħar minn dak ta’ Fr. David Muscat! Jew għax Nicky Azzopardi hu ta’ orjentament sesswali li kulħadd jaf x’inhu u l-eks-ajjutant ta’ David Casa, huwa immun mill-prosekuzzjoni tal-pulizija? Fejn qiegħed issa l-avukat tar-Repubblika Savona? Ser jagħmel l-istess argumenti kontra Nicky Azzopardi bħal ma għamel kontra Fr. David? U jekk le, għaliex?

Qed ngħid dan, mhux għax irrid li jinbdew proċeduri kontra Nicky Azzopardi. L-anqas xejn. Alla ħares isir hekk. Qed ngħid dan biex nuri li dawn il-liġijiet tal-hate speech li ġew mgħoddija mill-parlament saru biex jitkissru n-nies eterosesswali u jiġu glorifikati dawk ta’ orjentazzjoni differenti għaliex qalulna li dawn vittmi. Minn dan il-kumment ta’ hawn fuq, naħseb li meta għaddew il-liġi, kienu ftit fis-sakra l-membri parlamentari tagħna u ħadu daqsxejn ta’ falza stikka. Jekk xejn, wieħed jista’ jargumenta li jafu jiddefendu ruħhom!

One thought on “X’ser tagħmel il-pulizija issa? Ser tressaq lil Nicky Azzopardi fuq hate speech?

  1. Jien sinċierament iktar rajt lis-Sur Ivan Grech Mintoff li jaqbeż il-linja fit-tweġiba li ta lis-Sur Nicky Azzopardi. Fejn dan ta’ l-aħħar ikkonfronta lis-Sur Grech Mintoff dirett u dak li qal qalu lilu għaliħ personali, s-Sur Grech Mintoff wieġebu billi qallu x’jaħseb kif jgħixu dawk li huma imwielda differenti minn oħrajn u ma kien xejn sabiħ dak li qal fuq dawk tal-Pride (Brigate)fejn għajjar lil dawn li ma jgħixux realta’ imma xi ħaġa virtwali fejn li minflokk jaraw lilhom infushom kif suppost huma, maskili jew femminili, jinnegaw dan il-fatt u jibdluħ fi ħsibijiet taż-żibel. Hawn żbalja bil-kbir d-Sur Grech Mintoff. Jekk ħassu offiż bil-mod kif indirizzaħ iS-Sur Azzopardi, s-Sur Grech Mintoff missu fittex lilu personalment (ma narax raġuni fejn) mhux biex joffendiħ jgħidlu kif jaħsibha fuq kull min huwa ta’ l-istess inklinazzjoni sesswali bħalu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *