Ilbieraħ kien hemm mozzjoni fil-parlament fuq art bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa: ftit mistoqsijiet dwarha.

Ilbieraħ kien hemm mozzjoni fil-parlament, mressqa minn Silvio Schembri dwar biċċa art bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa. Inkun qed ngħid sew li fuq din il-biċċa art hemm l-interessi ta’ ċertu Matthew Fenech? Inkun qed ngħid sew li l-ministru Silvio Schembri ħafna drabi kien qed ikun jiekol ma’ Matthew Fenech fl-Avenue Restaurant San Ġiljan?

Waqt li hu minnu li d-deputati kienu ilhom avzati b’din il-mozzjoni, veru li d-dettalji tagħha ddaħħlu fil-weekend? Veru li din il-mozzjonibażikament tikkonċerna lill-istess Matthew Fenech u xi oħrajn? Veru li permezz ta’ din il-mozzjoni, il-gvern ser ikun qed ineħħi minn fuq din l-art il-kundizzjoni li għandha ta’ restricted use għas-somma miżera ta 2.4 million? Hawn qed nitkellmu fuq biċċa art kbira ħafna ta’ 29,000 sqm bejn Qormi u Luqa.

Veru li kien hemm deputati Laburisti li tant qed iqiesu din il-mozzjoni skandaluża li rrifjutaw li jitkellmu dwarha fil-parlament?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *