L-Arċisqof Scicluna għandu raġun: ma hemm l-ebda lok ta’ azzjoni kontra Dun David Muscat
One News għamlet storja dwar il-fatt li l-Arċisqof Charles Scicluna qal li mhux ser jieħu azzjoni kontra Dun David Muscat wara li l-imħallfa Edwina Grima waħħlitu sitt xhur ħabs sospiżi għal xejn. Infakkar li l-imħallfa Grima bbażat is-sentenza tagħha fuq opinjoni personali tagħha u mhux abażi tal-fatti. The Malta Independent kważi kważi ħaditha kontra dan il-qassis intelletwali minflok ddefendiet l-liberta’ tal-espressjoni. Suppost din hija gazzetta li kienet tqis il-liberta’ bħala xi ħaġa sogrosanta.
Infakkar li Dun Muscat jaħdem ħafna fil-kommunita’ tiegħu ġewwa l-Mosta u l-quddisiet tiegħu jkunu mimlija nies. Ovvjament, hemm ħafna fil-kamp Laburista li huma kontrih minħabba l-kritika tiegħu għall-gvern ta’ Joseph Muscat aktar milli għal ħaġa oħra.
Imma dak li l-ġurnalisti liberali u dak il-qassis li tkellem fl-anonimat ma’ One News iridu jifhmu li skont il-liġi kanonika, Fr. David Muscat ma għamel xejn ħażin. U jekk persuna tkunx qassis jew le, ma tiddeċidihx il-liġi tal-istat imma l-liġi kanonika. Jekk xejn, dan il-qassis qal b’mod sempliċi dak li tgħid il-knisja kattolika. Mela kif arċisqof jista’ jagħti każ ta’ sentenza ta’ mħallfa li hija dubjuża u dibattibbli? Fuq kollox, din mhux l-ewwel sentenza dibattibbli ta’ din l-imħallfa.
Nerġa’ ngħidha Fr. David ma kiser l-ebda preċett kanoniku meta kien qed jitkellem ma’ ħaddieħor dwar id-delitt li għamel Abner Aquilina. U l-anqas offenda lil xi ħadd meta għamel dak l-istatement. B’hekk ma jista’ qatt jiġi attwat kontra tiegħu l-ebda preċett penali min-naħa tal-Knisja jew tas-superjuri tiegħu.
Waqt li normalment dan is sit hu kritiku ta’ dan l-arċisqof, fuq din ngħidlu prosit u għandu raġun. Din id-darba, rebaħ is-sens komun. Anzi nemmen li l-arċisqof kellu jkun aktar qawwi fil-konfront tal-attakki orkestrati kontra dan il-qassis mill-media tas-sekulari u klikek li ħatfu l-qrati taħt idejhom. Jekk mhux ser jieqfilhom, ser isib aktar ma’ wiċċu. Dawn witch hunts qed jagħmlu kontra l-qassisin. L-arċisqof Scicluna jrid jieqaf jibża’ mit-theddid tagħhom.

Xi blog partikolari sewa u sewa ghall-gid…Grazzi Mulej Sidi Gesu’ Kristu.
Il frasi Li Uza I’d dun huwa razist ab bazi tal generu
Issa Il mons fid dmir Li jekk min qed jindokra Il merhla jigu pjacir bkulhadd U jistma lin nghatu listess ma ninsew xdubji hemm fuq san gwann