Il-gvern ma jistax jibqa’ jaħbi l-kriżi li għandna tat-traffiku, speċjalment wara l-miljuni kollha li ntefqu.
Minn Edwin Vassallo
Illum qed naraw toroq jinfetħu wara investment ta’ miljuni ta’ ewros u dawn it-toroq kważi kollha one lane, inkluż il-flyovers il-ġodda bla ebda spazju biex jagħmel tajjeb għal xi inċident. Aktar ma jiżdiedu l-karozzi fit-toroq, aktar noħolqu toroq maħsuba biex joħolqu konġestjoni ta’ traffiku.
Il-proġetti ta’ toroq ġodda kollha donnhom qed isiru biex min jikkmanda jara li jintefqu l-flus kollha disponibbli, iżda l-kwalita’ ta’ servizz li toroq joffru mhux jintlaħaq speċjalment meta tara queues ta’ karozzi weqfien fit-toroq li jkunu saru ġodda biex joffru soluzzjoni għall-problema li kien hemm qabel.
Malta qed tispiċċa unlivable. Il-problema tal-politika tal-kwantita’ ta’ nies qed toħloq kriżi fis-supply ta’ servizzi infrastruttrali. Is-servizzi ta’ saħħa bil-queue fost l-oħrajn għall-operazzjonjiet. Is-servizz tad-drenaġġ bi problemi moħbija tiegħu li huwa bomba tal-ħin. Il-problema tat-traffiku tixhed il-falliment tal-politika tal-gvern fiż-zieda tal-barranin f’pajjiżna, iżda kif jgħid il-Malti, kelb rieqed la tqajjmux. Dan jgħodd għall-uħud minn dawk li fuq il-Facebook jiddefendu lil dan il-Gvern. Għal dawn it-trolls, kull ma jagħmel il-gvern huwa perfett. Ibqgħu emmnu hekk, iżda llum jew għada tridu tqumu u tiffaċċjaw il-verita’.
Il-problema tat-traffiku hija kriżi li l-gvern ma jistax jibqa’ jaħbi speċjalment wara l-eluf tal-miljuni tal-ewros li ntefqu.

Suluzjoni wahda hemm. Nortanjaw il hrug tal karozzi . Gurnata johorgu Dawk bin numru fart , l Ghada dawk b numru zewg.
Hemm bzon jinbidel il – Gvern Korrot .