Bħalissa hemm mozzjoni fil-parlament fuq art bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa: ftit mistoqsijiet dwarha.

Bħalissa fil-parlament, Silvio Schembri ressaq mozzjoni dwar biċċa art bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa. Inkun qed ngħid sew li fuq din il-biċċa art hemm l-interessi ta’ ċertu Matthew Fenech? Inkun qed ngħid sew li l-ministru Silvio Schembri ħafna drabi kien qed ikun jiekol ma’ Matthew Fenech fl-Avenue Restaurant San Ġiljan? Veru li din il-mozzjoni ddaħħlet fil-weekend u bażikament tikkonċerna lill-istess Matthew Fenech u oħrajn? Veru li permezz ta’ din il-mozzjoni, il-gvern ser ikun qed ineħħi minn fuq din l-art il-kundizzjoni li għandha ta’ restricted use għas-somma miżera ta 2.4 million? Hawn qed nitkellmu fuq biċċa art kbira ħafna ta’ 29,000 sqm bejn Qormi u Luqa.

Veru li kien hemm deputati Laburisti li tant qed iqiesu din il-mozzjoni skandaluża li rrifjutaw li jitkellmu dwarha fil-parlament?

2 thoughts on “Bħalissa hemm mozzjoni fil-parlament fuq art bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa: ftit mistoqsijiet dwarha.

  1. Meta l-Prim Ministru ser jinduna li ċertu ministri ilu li għadda żmienu u li hemm bżonn jinbidlu llum qabel għada u qabel ikun tard wisq!! Ministri li issa ilhom ‘l fuq minn għaxar snin u li hemm bżonn urġenti li jew iwarrbu jew jitwarrbu mill-aktar fiss possibli. Ministri nvoluti f’deals skandalużi u bir-raġun li l-poplu qed jgħid xebbajtuna!!! Uffiċjali għolja fi ħdan il-Partit Laburista għandhom jagħmlu pressjoni fuq il-PM sabiex jagħmel il-bidliet meħtieġa fil-kabinett!!!!!

  2. U lil binja tal koperattiva wara investiment ta madwar €400000 se jiehduwiela sabiex jiehoda xi hadd ta gewwa. F din l istorja hemm segretarju permanenti u direttur generali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *