Jason Azzopardi u Mark Camilleri ġew skolpiti minn Edwina Grima għal dak li għamlu: il-qrati tagħna spiċċaw jitmexxu skont l-interessi tal-familja Caruana Galizia!
The Shift News tatna l-aħbar li Edwina Grima ma laqgħetx it-talba tal-avukati ta’ Yorgen Fenech biex iċ-chats li ma għandhomx x’jaqsmu mal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma jibqgħux jiġi ppubblikati u mferrxa fil-media. Infakkar li fuq il-pubblikazzjoni ta’ dawn iċ-chats, il-Maġistrata Rachel Montebello kienet għamlet divjit ta’ pubblikazzjoni. Mark Camilleri sfida lill-qorti u ppubblika uħud minnhom li għandhom x’jaqsmu ma’ Rosianne Cutajar. Saviour Balzan kixef min għadda dawn iċ-chats għall-pubblikazzjoni, jiġifieri l-avukat tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi. Infakkar li Jason Azzopardi f’isem il-familja Caruana Galizia kien qal li min jippubblika affarijiet li hemm divjit tal-qorti fuqhom jkun, aktar iwa milli le, f’alleanza mal-mafja. Montebello kienet qablet mar-rational ta’ Azzopardi. Issa l-imħallfa Grima qed tgħid mod ieħor.
Issa jidher ċar li meta Mark Camilleri kiser dan id-divjit kien jaf li kien ser ikollu l-protezzjoni tal-qorti. Infakkar li Rosianne Cutajar għamlet kawża ta’ malafama kontra Mark Camilleri. Din il-kawża qed tinstema quddiem l-istess maġistrata li għamlet dan id-divjit fuq il-pubblikazzjoni ta’ dawn iċ-chats. Din il-maġistrata kienet laqgħet it-talba tal-avukat ta’ Mark Camilleri biex dawn iċ-chats ikunu aċċettati bħala parti mill-kawża anki jekk kien hemm divjit fuqhom u dawn mhux suppost ġew ippubblikati. Fi kliem ieħor, l-istess maġistrata aċċettat li wieħed jista’ jikser id-divjit tagħha stess u l-qorti lesta taċċetta chats li ġew għand persuna b’mod illegali.
Issa għandna din is-sentenza ta’ Edwina Grima li qed tgħid saħansitra li ma kien hemm xejn illegali f’dak li għamel Jason Azzopardi meta dan għadda dawn iċ-chats lil Mark Camilleri. Imsomma jekk illum ikollok konnessjonijiet mal-Opus Dei, bħal ma għandu Jason Azzopardi, mal-massonerija, kif qal tant tajjeb Joseph Muscat, jew tkun biċċa waħda mal-familja Caruana Galizia, tista’ l-ewwel tisfida l-liġi u mbagħad tkun maħfur! Jien moralment konvint li kieku kien ħaddieħor, l-argument tal-qorti kien ikun differenti!
Infakkar li Edwina Grima hija l-istess imħallfa li sabet lil Fr. David Muscat ħati għaliex, anki jekk ma inġiebet l-ebda prova biex ikun stabbilit li hemm mens rea, fil-każ tiegħu waħħlitu sitt xhur ħabs sospiżi għax qalet li kienet moralment konvinta li Fr. David Muscat kiteb dak il–kumment biex iweġġa’ lin-nies, anki jekk dan qatt ma ġie ppruvat mill-prosekuzzjoni. Infakkar li l-familja Caruana Galizia ma taħmlux lil dan il-qassis u anki kienu keċċuh minn manifestazzjoni pubblika li kien mar għaliha.
F’dan il–każ taċ-chats, l-imħallfa Grima argumentat differenti. Skont Shift News,

Infakkar li Edwina Grima b’saħħa kbira trid toqgħod bħala l-imħallfa fuq il-ġuri ta’ Yorgen Fenech. Infakkar li l-avukati ta’ Yorgen Fenech kienu talbu għar-rekuża tagħha imma hija ma aċċettatx. Infakkar li din kienet l-istess imħallfa li qagħdet fuq il-ġuri tal-aħwa Degiorgio. Dawn talbu aktar żmien minħabba li ftit qabel ma beda l-ġuri, l-avukat li kellhom, kien irrinunċja l-patroċinju u b’hekk kienu spiċċaw bla avukat. B’hekk dawn kienu spiċċaw biex kellhom jużaw l-avukat tal-għajnuna legali. Dawn talbu żmien biex jistudjaw il-każ imma l-imħallfa Grima ma aċċettatx u ddeċidiet li tkompli bil-ġuri tagħhom u dan spiċċa kif spiċċa.
Ftit wara kien hemm ġuri ieħor fejn l-avukat tal-akkużat irrinunzja għall-patroċinju tiegħu ftit qabel il-ġuri. Ġustament, l-ġuri ġie pospost biex l-akkużat jingħata aktar żmien ħalli jsib avukat u dan l-avukat ikun jista’ jħejji għal dan il-ġuri.
Infakkar li skont kif kien ġie rrappurtat f’The Times, Edwina Grima kienet ħarġet degrit li bih kienet ipprojbixxi kull tip ta’ pubblikazzjoni miċ-chats ta’ Yorgen Fenech. Issa din l-imħallfa bidlet il-fehma tagħha u qed targumenta mod ieħor.

Mhux ta’ b’xejn li l-familja Carauna Galizia qatt ma riedu jafdaw il-laptop f’idejn il-pulizija. Mhux biex jipproteġu lil min kien għadda nformazzjoni lil Daphne Caruana Galizia imma lilhom infushom!

Mazunerija…..Muscat kellu ragun!
Muscat was right!
X’inhu wiehed mill aktar drittijiet fundamentali fid dritt Malti ? Mhux id dritt li jkollok difiza u tiddefendi lilek innifsek minn azzjoni kriminali jew civili ta’ libell li persuna allegatament malafamata tkun qed tipprova twegghak jew tgiddbek meta hija taf li jezistu provi li jikkontradixxu l isfida taghha /tieghu. Jekk dawn l provi jezistu f what’s app minkejja d divjet ta’ xi Qorti l persuna akkuzata ghandha dritt iggib dik l prova in difesa u hadd ma jista’ jwaqqafha milli tipprova l innocenza taghha. Kieku dak li qed jinghad huwa minnu cioe’ li d divjet huwa assolut l akkuzat ikun qed jigi imcahhad minn difiza.