Issa anki Joseph Muscat qiegħed jaqbel jew jaqra dak li qed jinkiteb f’dan is-sit dwar il-massonerija. Jitkellem li l-qorti mmexxija mill-“mażuni”

Kemm niġbed l-attenzjoni għal dak li qal Joseph Muscat dwar il-mażuni fil-programm ta’ Manuel Cuschieri. Infakkar li dan is-sit qed jitkellem fit-tul fuq dan is-suġġett,u jagħti opinjonijiet differenti. Muscat qed jgħid li hu vittma ta’ komplott massoniku kontrih. Fuq kollox, Muscat jgħid li l-qrati tagħna qed jitmexxew mill-interessi massoniċi. Nieħu gost li qed jitkellem hekk. Infakkar dan kien prim ministru li kellu t-tmun biex jibdel l-affarijiet u minflok bidilhom għat-tajjeb ġabhom aktar ħżiena milli kienu. Imma meta kienu jweġġgħu ċ-ċittadini, ħadd ma kien jitkellem. Finalment qed iweġġgħu ftit il-politiċi. Dan mhux każ li wieħed jixtieq id-deni fuq ħaddieħor, imma huwa mportanti li l-politiċi jduqu ftit mill-imrar li jduq il-poplu Malti għaliex b’hekk biss jistgħu jinbiddlu l-affarijiet.

3 thoughts on “Issa anki Joseph Muscat qiegħed jaqbel jew jaqra dak li qed jinkiteb f’dan is-sit dwar il-massonerija. Jitkellem li l-qorti mmexxija mill-“mażuni”

  1. Mela x qal Joseph Muscat ma manwel cuschieri…
    1 minhabba l EU deficit procedure il cash flow tal pajjiz kienet zero u kull infieq ried jigi minn EU…la ghal sptarijiet u lanqas ghal dejn ma importaturi tal medicina ma kien hemm flus..

    2. Semma li biex gabu li skola ta Barts kien hemm bzonn xi 20 miljun…u ser inkunu nafu izjed ghax fuq Pakistan daily gabet li l kaz qieghed quddiem il qorti International…

    3. Li ma semmiex li halla 4.2 billion euros ghal war chest ta Robert Abela l kontra ta kif beda hu minn zero…

  2. Joseph Muscat ma rreferix għal Qorti meta semma’ l-mażunerija imma rrifera għal l-establishment diaboliku nazzjonalista fejn ippreċiża li mhux in-nazzjonalisti kollha huma ħżiena għax hemm ħafna li huma nies sewwa.

    1. U qal li dan l-establishment massoniku huma well connected ma’ nies ittogati fil-qorti!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *