Jista’ l-Kummissarju tal-Pulizija jispjega kif Roderick Galdes kien jaf bil-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni fuqu dwar għoti ta’ flats ta’ gvern meta l-istess pulizija ma ħarġet l-ebda stqarrija?
Roderick Galdes tella’ messaġġ fuq Facebook fejn qal li fix-xahar li għadda kien talab biex ikun investigat għajdut dwar allegazzjonijiet, li Galdes sejħilhom malafamanti, fuq nies fis-segretarjat tiegħu. Issa qed jgħid li jinsab infurmat li l-pulizija ma sabu xejn. Fid-dawl li ma saret jew ħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali mill-pulizija, kif Roderick Galdes kien jaf bl-eżitu tal-investigazzjoni? Fi kliem ieħor, nistgħu nkunu nafu min infurmah? Mela dan hu l-mod professjonali kif il-pulizija tirrapporta nvestgazzjonijiet fuq ministri billi l-ministri joħorġu stqarrija fuq Facebook?

Infakkar li ilhom jidhru ħafna messaġġi fil-media soċjali fejn b’kumbinazzjoni, kull min jieħu xi kariga għolja fid-dikasteru li jaqa’ taħt Galdes, jkun b’kumbinazzjoni mid-distrett. Rajna anki dan il-messaġġ ta’ hawn taħt. Dan hu messaġġ tipiku li juri kif jaħdem s-segretarjat ta’ Roderick Galdes. Fi kliem ieħor, xejn ma hu transparenti. Imma l-aqwa li għandna pulizija u mħallfa li jibgħatu n-nies sitt xhur ħabs għaliex jiktbu li l-gayyaġni hija agħar minn possessjoni u mbagħad mhux kapaċi jressqu lil min qed jabbuża minn flus il-poplu.

Infakkar lil Ministru Galdes li jien ktibt dwar storja ta’ blokka ġewwa s-Siggiewi fejn il-flats ġew allokati qabel l-elezzjoni u x-xogħol sal-lum fuqha għadu mhux lest. Nispera li l-Ministru Galdes jitlob lill-pulizija biex forsi jinvestigaw ħalli jaraw għala x-xogħol fuq din il-blokka għadu mhux lest.