Il-media tal-arċisqof Scicluna tikkonferma li l-Knisja tibbaża’ t-tagħlim tagħha fuq ktieb li hu omofobu u jxandar diskorsi ta’ mibegħda

Qas temmen, wara li Fr. David Muscat weħel sitt xhur ħabs sospiżi, il-media tal-Knisja ħarġet tiddefendi l-arċisqof Scicluna u tiftaħar kemm kien profetiku dan l-arċisqof meta kien ikkundanna lill-istess Fr. David Muscat. Dak li laqatni f’dan l-artiklu huwa dak li Fr David Muscat ġie deskritt bħala li ħati li għamel diskors ta’ mibegħda.

Imma ħa nfakkar lill-ġurnalisti tal-media tal-arċisqof u lill-istess arċisqof x’kiteb San Pawl fl-ewwel ittra tiegħu lill-Korintin. Verament San Pawl kien profetiku u kliemu qed iseħħ ġewwa pajjiżna llum taħt it-tmexxija tal-arċisqof Scicluna:

Imma l-aħwa jħarrku ’l xulxin, u dan quddiem il-pagani! 7U mhux ġa nuqqas għalikom li jkollkom kawżi bejnietkom? L-għala ma ssofrux l-inġustizzja? L-għala ma tagħżlux li tħallu min iqarraq bikom?8Mhux dan biss, imma l-inġustizzja tagħmluha intom stess, u tqarrqu bl-oħrajn, u dan lil ħutkom! 9 Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta’ Alla? La titqarrqux! La żienja, la idolatri, la adulteri, la effeminati, la omosesswali,10la ħallelin, la rgħiba, la skaren, la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta’ Alla! 11U minn dawn kienu xi wħud minnkom.” (I Korintin 6, 6-10)

Infakkar lill-ġurnalisti tal-Knisja, li dan il-passaġġ huwa mill-ewwel ittra ta’ San Pawl lill-Korintin. Dan hu passaġġ meħud mill-Bibbja bilMalti tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Fi kliem ieħor, l-Arċidjoċesi għadha qed ixxerred ktieb li fih kliem ta’ mibegħda kontra l-gays!

Infakkar li l-ġurnalisti tal-arċisqof huma esperti f’kollox, minbarra fil-kelma ta’ Alla. San Pawl iqabbel il-gayyaġni mar-regħba u s-serq u ma’ kull vizzju ieħor. Issa x’ser jagħmel l-arċisqof u l-klikka tiegħu? Ser jgħidu li San Pawl huwa omofobu jew qed jikteb kliem ta’ mibegħda?

Imma kif ġa kien induna San Pawl, anki fl-ewwel żminijiet tal-Knisja, fost dawk magħżula bħala isqfijiet tal-knisja kien hemm ħallelin, rgħiba u xi uħud li kienu gays. Id-dinja ma nbiddlitx minn dak in-nhar sal-lum. Anzi dan hu kliem profetiku li jgħodd għal Scicluna u l-media tiegħu. Mill-mod kif kitbu l-artiklu, il-ġurnalisti tal-Knisja urew li dan hu arċisqof imxierek mal-pagani. Issa nispera li l-media tal-arċisqof ma tgħidx li San Pawl għamel diskors ta’ mibegħda.

Infakkar lill-ġurnalisti tal-media tal-knisja li l-Bibbja hija mimlija b’messaġġi omofobiċi. Infakkar li l-kelma t’Alla, jiġifieri l-Bibbja, ġabha Malta San Pawl. Illum din il-miġja hija festa Nazzjonali. Mela San Pawl, issa skont l-għorrief tal-media tal-Knisja, hu omofobu u aħna qed niċċelebraw festa ta’ persuna li ġab f’Malta messaġġ ta’ mibgħeda!

Fr. David Muscat kien qed jirrifletti fuq dan il-kliem ta’ San Pawl u minħabba fih weħel sitt xhur ħabs sospiżi. U l-media ta’ Scicluna tifraħ b’li ġralu. Imbagħad dan l-arċisqof imur fuq il-presbiterju u jrid jgħallem il-kelma ta’ Alla! Il-kelma ta’ Alla ma tistax teħodha bil-menu. Jew tieħu kollox jew xejn. Imma l-aqwa li Scicluna u l-media tiegħu ferħana li qassis kattoliku spiċċa fil-qorti tal-pagani fejn, kif qallhom Patrick Dalli, il-massonerija tiddeċidi s-sentenzi fuq in-nies.

Parir żgħir lill-ġurnalisti tal-arċisqof u lill-arċisqof innifsu. Aħjar jibdew isegwu l-prietki tal-papa Franġisku, inkluż dik li għamel fl-Għid il-Ħamsin, fejn jirrepeti li għandna nkunu tolleranti u niġġieldu gwerer kontra l-fidi bl-imħabba.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *