Il-każ Carmen Ciantar: ngħid sew li minflok ser taqla’ 163K, ser tkun qed tieħu 80k talli toqgħod id-dar?
Ilbieraħ, il-media tatna l-aħbar li Carmen Ciantar issospendiet lilha nnifisha minn kap esekuttiv tal-FMS, wara li ġurnal fil-Pakistan ippubblika artiklu fejn fih intqal li Ram Tumuluri ta’ flus kbar lil Ciantar marbut mal-kuntratt korrott tal-isptarijiet. Wieħed jgħid li la darba ssospendiet ruħha, xi ħaġa hemm. Min-naħa tagħha, Ciantar qalet li qed tissospendi ruħha ħa tnaddaf isimha.
Issa normalment, meta wieħed jissospendi ruħu jaqa’ fuq half-pay. Fil-każ ta’ Ciantar, din kellha salarju ta’ 163K. Dan kien tahulha l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Issa jekk issospendiet ruħha x’ser jiġri? Ser tibqa’ tieħdu s-salarju. Ma naħsibx. Ser taqa’ half pay? Jekk dan hu l-każ, xorta Ciantar ma marritx ħażin, għaliex nofs il-163K hu ta’ 80K fis-sena talli toqgħod id-dar! Oqgħod aħdem Ġaħan Malti!
Fuq kollox, kif inhu miktub dan l-artiklu fil-ġurnal Daily Pakistan, is-swaba issa anki qed jippuntaw lejn Chris Fearne bħala li hu biċċa waħda wara dan id-deal. Ovvjament, l-artikolista ma jgħidx li Chris Feare hu direttament involut imma jikteb li dan l-iskandlu ta’ korruzzjoni jinvolvi l-uffiċju tiegħu jew involving Malta’s Deputy Prime Minister Chris Fearne’s office!

Skont dan il-ġurnal, Carmen Ciantar irċeviet it-total ta’ €443,500 Euros minn Gozo International Medicare Ltd – li hija parti mill-VGH group – f’inqas minn erba’ xhur! Il-flus ġew mingħand kumpanijia li l-account tagħha qiegħed f’Dubai-headquartered Emirates NBD Bank. Imbagħad ġiet trasferita is-somma ta’ €750,000 bħala “loan repayment” f’account ta’ Bordier & Cie fi Genevra. Dan hu bank privat Swizzeru rreġistrat il-Panama ma’ Glotal Finance Inc.. F’dan l-account hemm referenzi għal Ciantar.
Fuq kollox, Ciantar ħadet ħlasijiet, deskritti bħala travel expenses six ġimgħat qabel ma’ gew mogħtija l-isptarijiet lill-VGH bħala konċessjoni għal 30 sena. Il-gazzetta tkompli tikteb li mill-inqas għaddew sitt ħlasijiet lil Ciantar bejn is-6 ta’ Ottubru 2015 u 25 ta’ Frar 2016.
Ma hemmx dubju li din l-istorja ser ikollha riperkussjoni xejn tajba fuq Chris Fearne speċjalment fuq il-pożizzjoni ġdida tiegħu ta’ President tal-Assemblea tal-WHO.
She was obviously fronting someone.