Rosianne Cutajar turi s-solidarjeta’ tagħha ma’ Patrick Dalli.

Illum Rosianne Cutajar tellgħet messaġġ fuq Facebook fejn uriet is-solidarjeta’ tagħha ma’ Patrick Dalli. Naqbel perfettament mal-messaġġ ta’ Rosianne Cutajar. Għandha raġun b’dak li kitbet. Dak li nista’ nżid imma, li omm dan t-tifel kienet waħda minn dawk li mexxiet dawn it-tip ta’ liġijiet fejn ippruvat ddawwar l-qrati tagħna fi qrati inkwiżitorjali b’riżultati tal-waħx. Nies jittellgħu l-qorti fuq ċuċata li jkunu qalu fuq Facebook u jeħlu multi kbar.

Issa tifhmu għala qed nitkellem kif qed nitkellem fuq dak li ġara fil-każ ta’ Fr. David Muscat. Għalhekk dawn il-ħafna liġijiet oppressivi li għaddejna biex niddefendu lil gays etc. spiċċajna biex ikkreajna dak li Michel Foucault ben tajjeb jiddeskrivi bħala “a punitive society”. Issa dan it-tifel ta’ Patrick Dalli spiċċa vittma ta’ din is-soċjeta’ li aktar moħħha biex tikkundanna u tpatti u tkisser lin-nies milli biex tgħin u ssewwi l-ħsara u tgħader. Jiddispjaċini ngħid li l-gvern Laburista ma għamel xejn biex inaqqas minn dan is-sens ta’ ġustizzjaliżmu li rikibna. Anzi nżid ngħid li bil-liġijiet bażwija li għadda dan il-gvern saħħaħ dan l-element ta’ ġustizzjalizmu li qed nużaw jirkeb lill-qrati tagħna maħsub biss biex ikisser lin-nies. Jiddispjaċini li s-Sur Dalli jew il-familja tiegħu spiċċat vittma tad-dirty tricks li llum saru sinonimi mal-prosekuzzjoni u l-pulizija. Ġa kelli ċ-ċans nuri kif dawn ġew użati fil-konfront ta’ Fr. David Muscat u Yorgen Fenech.

Mill-mod kif kitbet Rosianne Cutajar, dan hu każ ieħor fejn il-ġustizzja mhix l-istess għall-kulħadd.

2 thoughts on “Rosianne Cutajar turi s-solidarjeta’ tagħha ma’ Patrick Dalli.

  1. ghandu wicc Patrick Dalli jghajjat Freemasonry – dan persuna li gawda minn hafna direct orders minghajr tenders – in-nies li tawh dawn id-direct orders ghall-arti medjokra tieghu qatt ma libsu fardal imma ha nghidlek il-mazuni hdejhom amateurs… il-mara tieghu anqas ma nitkellmu dwarha ahjar. L-opus dei abbatini hdejhom. korruzzjoni rampanti ghaddeja minn wara – Veru li ibnu li nqabad jqassam id-droga b’mod lampanti jew le? jekk iva ghalfejn qed naqbzu ghalih? ghax kien zaghzugh – mela ejja nehilsu kull zaghzugh li ghamel att kriminali – kif jippretendi Dalli li ibnu huwa ahjar u ghandu jinheles?Issa qed jinkorla u jghajjat Freemasonry u Opus Dei? ghax ghal darba ma gietux zewg. Halluna – ahjar ninvestigaw il-hbieb tal-hbieb min huma verament milli noqghodu inwerzqu freemasonry u opus dei!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *