Karol Aquilina jilgħabha tal-vergni, is-safi u l-pur.
Minn partitarju Nazzjonalista.
Smajt bir-reqqa l-intervista’ li l-Professur Azzopardi għamel lil Karol Aquilina. Ma nafx jekk nidħakx jew nibkix x’ħin bdejt nisimgħu jwieġeb. Tant hu hekk li anke l-Professor Azzopardi beda jidħak u ma riedx qiesu jemmen dak li kien qed jisma’.
Il-viljakkerija ta’ Karol Aquilina qedha hawn. Għal Karol Aquilina, illum Dr Adrian Delia għamel sewwa li fetaħ il-kawża kontra l-Vitals, pero’ taf x’ma jafux in-nies? Infakkar Li meta Dr. Adrian Delia ddeċida li jiftaħ il-kawża, kien għadu jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dawk fil-Partit Nazzjonalista li jriduha tal-verġni puri qabel it-twelid, fit-twelid u anki wara t-twelid jiċċassawk bir-raġunamenti li jagħmlu. Illum qed jagħtu x’jifhmu li kienu wara Adrian Delia. Insew imma li f’dak iż-żmien kienu ħassew li ma kellhomx jappoġġjawh,
Tant hu hekk li Dr. Adrian Delia għamel talba f’meeting tal-grupp parlamentari Nazzjonalista u staqsa jekk kienx hemm minn dawk preżenti li kienu lesti li jidħlu miegħu f’din il-ġlieda. Ħaġa tal-iskantament, is-sewwa dak iż-żmien ma kienx jgħodd għal Karol Aquilina u sħabu. Tant hu hekk li min bi skuża u min b’oħra, Dr. Adrian Delia spiċċa biex fetaħ il-kawża litteralment waħdu u b’konsegwenzi personali enormi f’każ li tintilef.
Kollha kemm huma raw l-interessi personali tagħhom u ħadd ma kien lest jitfa’ għonqu taħt il-mannara kif għamel Dr Adrian Delia. Għaldaqstant, Sur Karol Aquilina u sħabu kollha, ieqfu ippruvaw tirkbu l-karru ta’ Dr. Adrian Delia. Inthom tibilgħu l-ostji u taħraw ix-xjaten.
Għalhekk nibqa’ tal-fehma li qabel ma titlaq din il-klikka moqżiża mill-Partit Nazzjonalista, dan il-partit qatt ma jista’ jieħu r-ruħ.
Jien ma nistaz nifem, Dawn tal-pneeeeee veru ihawduk. Skond jesin il-kawza ma kienetx issir minajru.
Ħafna jistaqsu jekk Dr Adrian Delia fetaħx il-kawża f’ismu personali inkella bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fis-sentenza hemm miktub li fetaħha l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, allura fetaħha f’isem il-Partit.