“Intom ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet li ġejjien” – Il-Prim Ministru.
Minn Edwin Vassallo
“Intom ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet li ġejjien”. Kliem sabiħ li qal il-Prim Ministru meta kien qed jiftaħ l-Olimpjadi tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa. Jien irid ukoll nifraħ lil dawn iż-żgħaħagħ sportivi li wara tant sagrifiċċju wasslu biex qegħdin jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni. Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu tal-inawgurazzjoni tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar kompla jitkellem dwar valuri bħal ma’ huma dawk tal-ugwaljanza, l-fairness, etċ. Iżda biex id-diskors ikun relevanti, jien nemmen li jrid jkun jagħmel sens għal kull ċirkostanza li fiha dak id-diskors ikun qed jingħad.
Id-diskors tal-Prim Ministru kien qed jinawgura l-kompetizzjoni sportiva li qed iseħħ f’pajjiżna u kull kelma li qal il-Prim Ministru trid tingħata pież ukoll fil-kontest tar-realtajiet soċjali, politiċi, ambjentali li qed ngħixu fihom illum. B’hekk biex dan id-diskors ikun tajjeb, irid ikun relevanti għal dawk kollu li jkunu qed iseħħ f’pajjiżna.
Il-Prim Ministru semma l-valuri u għamel tajjeb, iżda meta l-valuri jitpoġġew fil-kontest ta’ x’qed isir f’pajjiżna, allura hemm ħafna x’wieħed jgħid. Fuq kollox, fost il-valuri li tkellem dwarhom il-Prim Ministru, kien hemm ukoll dawk tal-inklużjoni u d-diversita’. Iżda l-inklużjoni u d-diversita’ jfissru aktar mill-ideoloġija tal-ġeneru. Mela tajjeb li wieħed jistaqsi jekk f’pajjiżna għandniex tassew l-inklużjoni u d-diversita’ meta niġu biex nittrattaw min ma jaqbilx magħna.
Kemm għandna ġurnalizmu liberu fis-sens kollu ta’ xi tfisser il-kelma diversita’ u inklużjoni? Il-verita’ hija li f’pajjiżna qed nsiru esperti tal-cancel culture u s-sentenza kontra Fr. David Muscat tal-lum hija prova ta’ dan.
Id-diskors sabiħ, iżda ikun isbaħ meta jkun tassew relevanti għair-realtajiet kollha li l-poplu Malti u Għawdxi jkun qed jgħix fihom.

Young people in Malta want to leave: 80% of them.