Video li juri r-rabja tal-Laburisti anzjani tal-Kottonera kontra Robert Abela

Il-Laburisti tal-Kottonera, speċjalment dawk ta’ Bormla, huma nfurjati għal Robert Abela wara li dan irid ikeċċihom mid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla biex jagħmel żvilupp li ma hu xejn ċar. Kif qaltlu tajjeb waħda minn dawk li tkellmu mal-ġurnalisti, mela l-Prim Ministru ħaseb li l-ħaddiema u xjuħ huma mġieġen meta dawn kienu qed jgħixu u jaħdmu f’dar li skont l-istess gvern hija kkundannata!

Fuq kollox, Robert Abela jrid joqgħod attent. Ħafna minn dawk li tkellmu huma Laburisti jew aħjar Mintoffjani. Sa ftit ilu, dawn l-anqas biss kienu jħarsu lejn in-NET, aħseb u ara kemm kienu ser ikellmu ġurnalisti ta-Partit Nazzjonalista.

Bl-azzjonijiet tiegħu, il-Lejber qed jwaqqa’ s-swar u ser jispiċċa f’qagħda agħar milli llum jinsab fiha l-PN.

One thought on “Video li juri r-rabja tal-Laburisti anzjani tal-Kottonera kontra Robert Abela

  1. To whome it may concern (writer). ”WARA LI DAN (ROBERT ABELA – IL PRIM MINISTRU) IRID IKECCIHOM MID-DAR TAL-ANZJANI” ARA TRID TKUN VERU Z I B E L BIEX TOHROG BIJA DIN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *