Għaliex l-pixxina li kienet imwegħda lin-nies tas-South bħala parti logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa għadha mhix lesta?
Ilbieraħ fetħu l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa. Hawn nixtieq nistaqsi lill-gvern fejn marret wegħda li kien għamel lill-poplu Malti u fuq kollox lin-nies tan-naħa t’isfel. Infakkar li dan il gvern kien qal li għal dawn il-logħob kien ser ikun qed jibni pixxina magħluqa u professjonali. Din kellha tkun parti mill-kumpless tal-isports tal-Kottonera. Din l-imbierka pixxina, għaliex naħseb li jekk jaqbilna nsejħulha, kellha tkun lesta għal-logħob tal-pajjiżi żgħar tal-Ewropa li bdew ilbieraħ. Imma anki jekk sar ħafna xogħol fuqha, din xorta għadha mhix lesta! Verament tal-mistħija. Wieħed jistaqsi għala din il-pixxina ma tlestietx? Basta ħafna fanfarunati fil-gazzetti. Imma kif qalet tajjeb tax-Shift News, dan kien progett ieħor li kien imwiegħed għal dan il-logħob u ma leħaqx sar. Wisq nibża, li la darba ma tlestiex għal dawn il-logħob, iċ-ċans huwa li ma titlesta qatt jew iddum ħafna biex titlesta.
Ovvjament, din hija disfatta kbira għall-persuni li jħobbu ħafna l-għawm. Meta snin ilu, dan il-gvern ħabbar li kien ser jagħmel din il-pixxina fin-naħa t’isfel, ħafna ħadu gost. Fin-naħa t’isfel hemm nuqqasijiet ta’ attrezzaturi professjonali. Imma kienet ferħa bla temma.
Issa l-logħob tal-GSSE waslu u bdew… imma l-pixxina ma waslietx!
