Espert fuq id-dehriet ta’ Fatima f’Malta biex jagħti konferenza pubblika fl-Istitut Kattoliku għada l-Erbgħa, 31 ta’ Mejju fis-6.30 pm.
Antonio Augusto Borelli hu mitqies bħala wieħed mill–esperti mondjali dwar id-dehriet ta’ Fatima. Huwa ser ikun qed jinġib f’Malta biex jitkellem dwar dawn id-dehriet mis-Soċjetà Maltija għaċ-Ċiviltà Nisranija – Pro Malta Christiana.
Matul din it-taħdieta ser ikun mnidi formalment l-ewwel edizzjoni bil-Malti tal-ktieb miktub mill-espert Fatimologu Antonio Augusto Borelli bit-titlu: Fatima: Passat jew Futur?
Din l-attività se ssir għada l-Erbgħa 31 ta’ Mejju fis-6.30pm fis-Sala Gonzi tal-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Dawk li jixtiequ jiddefendu l-ħajja umana f’pajjiżna huma mistiedna kordjalment biex jattendu.
