Karol Aquilina jrid jieqaf jgħaddi lin-nies biż-żmien dwar ir-rowl tiegħu fil-konfoffa kontra Adrian Delia.

Minn Osservatur Politiku

Kellu jkun programm fuq ir-radju ta’ Andrew Azzopardi biex smajna ċ-ċajta tas-sena. Karol Aquilina ried idaħħaq meta qal dawn il-preċiżi kelmiet: “Id-deċiżjoni finali ma ttieħditx la minni u lanqas minn dan il-grupp ta’ nies. Id-deċiżżjoni finali ttieħdet mit-tesserati tal-Partit”.

Huwa kien qed jirrispondi mistoqsijiet dwar Adrian Delia u r-relazzjoni tiegħu ma l-eks-kap tiegħu. Mingħajr mistħija ta’ xejn qal li dejjem kellu relazzjoni tajba ma’ Adrian Delia imma forsi nesa jgħid barra dak iż-żmien li ħadem, hu u sħabu, biex itajruh minn Kap. U dan kollu Karol Aquilina qalu bi tbissima fuq wiċċu u lanqas iddejjaq jgħaddi ż-żmien bis-semmiegħa tal-programm.

Meta tisma’ kummenti bħal dawn ma nafx tibkix jew tidħaqx għax veru jrid ikun bniedem li ma jistħi minn xejn, biex iwaħħal fit-tesserati li vvutaw kontra Adrian Delia. Naħseb li nesa kemm għamel konġuri u kemm xerred il-ġideb li kien ħareġ bihom sieħbu Jason Azzopardi. Jew kien inqata’ minn Beppe Fenech Adami li f’kull laqgħa tal-esekuttiv kien jara l-iljunfant fil-kamra.

Irid idaħħaq Karol Aquilina biex jinsa’ kemm hu u sħabu ċemplu lit-tesserati biex jivvutaw kontra Delia. Nesa kemm xerred nuqqas ta’ verita’ u ser jipprova jinħeba li hu minn dejjem kellu relazzjoni tajba ma’ Delia għax kien imur ikellmu personalment. Bħal dak li qallu, personalmet u mhux, mhux xorta ħema l-attakki kontra Delia. Sewwa qallu l-preżentatur li ma kienx ix-xogħol tal-grupp kollu għax kienu tlieta l-perċimes li nġurjaw kemm felħu lill-kap tagħhom. Ovvjament Karol Aquilina kien wieħed minnhom.

Lanqas jinduna Aquilina li b’dikjarazzjoni bħal dik ikun qed jinsulenta l-inteliġenza tal-partitarji nazzjonalisti. Dan flok talab skuża għal dak kollu li għamel li spiċċa għamlu ħafna ħsara kemm lill-partit kif ukoll lill-pajjiż. Dikjarazzjonijiet bħal dawn qed ikollhom effett fuq id-distanza li ħafna partitarji qed iżommu mal-Partit Nazzjonalista. Dawn huma dikjarazzjonijiet li jweġġgħu u li jħallu togħma qarsa f’dawk kollu li kellhom għal qalbhom il-Partit Nazzjonalista.

Ebda tesserat mhu ser jinsa kemm tmexxa u ntqal gideb fuq Delia minn bosta esponenti, kandidati u deputati biex jinfluwenzaw it-tesserati. Ta’ min wieħed jistaqsi lil Karol Aquilina u lil sħabu li għamlu l-konġura jekk konniex aħjar meta skont uħud u skont il-maġġoranza tat-tesserati konna agħar?

One thought on “Karol Aquilina jrid jieqaf jgħaddi lin-nies biż-żmien dwar ir-rowl tiegħu fil-konfoffa kontra Adrian Delia.

  1. Marru kontra dak li jghejd l – Istatut tal – Partit li jghejd li kap tal – Partit ghandu jibqal sa l – Elezzjoni li tigi wara li isir Kap tal – Partit . It – Tesserati ivvutaw hekk wara li gew imxewxa kontrieh .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *