The Sunday Times tagħtina storja dwar Joseph Muscat u d-Dragunara Casino imma tevita’ li ssemmi l-involviment ta’ Robert Abela ma’ Casma Ltd.
L-istorja prinċipali tal-lum fuq The Sunday Times tirrigward lil eks-Prim Ministru Joseph Muscat u l-involviment tiegħu mad-Dragonara Casino. Skont The Sunday Times, Muscat kien qed jieħu 11,800 fix-xahar bħala consultation fees mingħand kumpanija marbuta ma’ Johann Schembri. Din il-kumpanija li kienet qed tagħti dawn il-flus kollha fix-xahar lil Muscat irreġistrat profitt ta’ ftit eluf dis-sena! Issa dan Johann Schembri imexxi d-Dragunara Casino. The Sunday Times sejħilhom the Managing Director. The Sunday Times tkompli tgħid li Muscat beda jieħu dawn il-flus wara li l-gvern ta’ Joseph Muscat ta’ konċessjoni vantaġġjuża lid-Dragonara Casino meta l-istess Joseph Muscat kien prim ministru. Id-Dragonara Casino kienu ħadu konċessjoni tajba fuq l-art tad-Dragunara u din il-konċessjoni ġabet ħafna nkwiet fis-settur. Infatti, din l-istorja kienet sors ta’ kontroversja kbira.
The Sunday Times tfakkar li din il-kumpanija kienet ġiet aġevolata minn Joseph Muscat, f’dak li kellu x’jaqsam il-kirja fuq din l-art fejn hemm id-Draguna Casino. Din l-art kienet amministrata minn Casma Ltd. Skont The Sunday Times, dawn il-ħlasijiet bdew jingħataw lil Joseph Muscat wara li Muscat spiċċa minn Prim Ministru, imma meta kien għadu fil-Parlament.

Imma f’din l istorja kollha, The Sunday Times ma titkellem xejn dwar jekk kienx hemm jew le l-involviment ta’ Robert Abela. Abela kien imdaħħal sew ma’ Casma Ltd. Kull ma kellha tagħmel The Sunday Times huwa ftit tfittxija fuq l-internet u ssib informazzjoni kemm trid. Mela ħa nfakkar ftit u nibdew minn mistoqsija parlamentari li kien għamel Charlo’ Bonnici meta kien għadu deputat. Din kienet saret 2014 lil Ministru Chris Cardona.

Infakkar li Chris Cardona huwa wieħed mill-eks-ministri li jissemmgħu inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Minflok ma’ The Sunday Times tagħmel referenza għad-dokument li Chris Cardona kien qiegħed fuq il mejda tal-kamra fil-21 ta’ Ġunju 2019, titkellem dwar il-mozzjoni li Chris Cardona kien ressaq marbuta mad Dragunara. Imbagħad The Times tgħaddi biex tgħid li

Issa jekk wieħed jidħod fl ICIJ papers, isib li l isem ta Robert Abela marbut mal-kumpanija li tmexxi lid- Dragunara Casino. Hawn qed nitkellmu fuq Casma Ltd. Robert Abela kien direttur u rappreżentat legali tal-Casma Limited, il-kumpanija li tmexxi d-Dragunara Casino. Issa ejja nerġgħu mmorru lejn il-parliamentary question ta’ Charlo Bonnici. Bonnici kien staqsa dwar il-Board Composition tal-Casma. Fit-tweġiba, Robert Abela kien issemma’ bħala chairman ta’ Casma Ltd.

X’ħa jagħmel Robert Abela issa fuqha din? Għala The Sunday Times ma tistaqsix dawn il-mistoqsijiet u aktar, inkluż dawk għala Yorgen Fenech ġie ffremjat bid-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia mill-istat?
Infakkar li din il-kumpanija tad-Dragonara Casino, li ġiet preferuta minn Joseph Muscat, kellha fost ir-rivali tagħha l-kumpanija marbuta mal-Casino ta’ Yorgen Fenech. Infakkar li dan is-sit qed jargumenta li Yorgen Fenech ġie ffremjat mill-istat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Infakkar li Chris Cardona ssemma mill-aħwa Degiorgio bħala wieħed mill-masterminds fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Issa anki The Sunday Times qed tispiċċa tinqela’ b’żejtha u qed tispiċċa jkollha tgħid il-verita’, anki jekk mhix qed tgħidha kollha, imma tagħti nofs storja.
Infakkar li f’dan l-artiklu ta’ The Sunday Times ssemma’ dak il-WhatsApp message ta’ Rosianne Cutajar lil Yorgen Fenech fejn fih tkellmet dwar din il-konċessjoni lid-Dragunara Casino u qalet li kulħadd qed jitħażer. Ovvjament, Yorgen Fenech kien negozjant li kien hemm ħafna kontrih b’interessi li jeliminawh.
Mhux ta’ b’xejn li hemm interessi kbar ta’ flus wara dan id-delitt ta’ Daphne Caruana Galizia u ħafna gideb. Dan hu delitt maħmuġ u l-ħmieġ tiegħu jmur sa l-għola qċaċet tal-istat Malti.