Romana Attard u rriklamar taż-Żumba classes

Ma ridx ninstema li qed nagħmel xi kampanja personali kontra Ramona Attard. L-anqas xejn. Imma dan l-aħħar Ramon Attard tellgħet riklam għall-attivitajiet tagħha ta’ Ġunju. Tidher li ser tkun qed torganizza żumba classes. J’Alla dan li ser ngħid iserviha ta’ riklam tajjeb għal dawn il-klassijiet taż-żumba. Fuq kollox, kull ġid nixtieqilha fil-business tagħha.

Imma verament niskanta kif persuni bħal Romana Attard, li għandha l-ħajja privata tagħha u għandha familja, issib anki ċans u ħin biex tagħmel iż-żumba classes. Infakkar li hija wkoll l-President tal-Partit Laburista li naħseb li din hija pożizzjoni impenjattiva ħafna. Fuq kollox hija wkoll fuq numru ta’ bordijiet u mpjegata mal-Awtorita’ tad-Djar. Minħabba l-impjieġ tagħha ma’ din l-Awtorita’, trid tidher u titla’ l-qorti. Dan hu xogħol impenjattiv ieħor. Għalhekk qed niskanta kif anki ssib ħin biex torganizza żumba classes. Verament prosit.

Imma mbagħad mhux ta’ b’xejn li Ruma qed tinħaraq u min qed imexxi, qiegħed idoqq l-arp. Sa minn wara l-elezzjoni, il-Partit Laburista ilu jitlef eluf ta’ voti. Kieku jien il-president ta’ dan il-partit, żgur li mhux ser ikolli moħħ norganizza jew nirrikklama iż-żumba classes quddiem sitwazzjoni bħal din.

Imma Ramona Attard tista’ jikkonsla għaliex f’dan il-mument ma hemmx oppożizzjoni. Forsi għalhekk Romana Attard, li għandha ħajja daqshekk impenjattiva, issib ħin ukoll biex torganizza u tirriklama ż-żumba.

5 thoughts on “Romana Attard u rriklamar taż-Żumba classes

  1. Thanks for the free advertising but I am the one organizing the zumba classes (her sister). She did in fact mention me in her post. 🥰 Nothing political here.. just some fun zumba classes for the community 🙂

    1. Kien ovvju li ħa tinħareġ din ir-risposta. Ġibt il-kritika li għamlulek għal Ramona baħħ u spiċċat minflokk kif għedt int stess bħala biss reklam.

  2. Tider li mintix la slow u lanqa fast. imma imisek tithajar tghamel ftit fitness classes, jghamilk il-gid.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *