Jistgħu Keith Schembri u Konrad Mizzi iserrħulna rasna li mhumiex membri ta’ Loġġia Massonika?
Ilbieraħ, Marica Micallef tellgħet artiklu bl-Ingliż fejn staqsiet jekk hux veru li Konrad Mizzi huwa membru ta’ xi loġġia massonika. Dan is-sit illum jixtieq jistaqsi jekk hux minnu li dan iddaħħal minn Carol Peralta fil-mażunerija. Fil-verita’, id-diskorsi fost ċrieki massoniċi nnifishom huma li Carol Peralta daħħal kemm lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri f’loġġia massonika. Dak li ser inżid li dik li qed tissemma’ mhix dik li l-Gran Mastru tagħha huwa Simon Cusens. Infakkar li din il-loġġia li Cusens huwa l-Gran Mastru tagħha, hija waħda regolari u rreġistrata mal-gvern.
Għalhekk fid-dawl fejn l-isem ta’ Keith Schembri ilu jissemma’ b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u fejn anki mażuni ssemmgħu marbuta ma’ dan id-delitt, huwa importanti li kemm Keith Schembri u Konrad Mizzi joħorġu stqarrija biex jiċħdu dan l-għajdut li huma mażuni. Jekk din l-istqarrija ma toħroġx, allura dan l-għajdut hu kollu minnu.
Nerġa’ nfakkar li f’dan il-qtil qed jissemma’ l-involviment tal-mażuni. Fi kliem ieħor, il-masterminds warajh huma membri ta’ xi loġġia jew oħra. Aktar iwa milli le, dawn huma membri ta’ waħda mill-ħafna loġoġ irregolari li faqqsu ġewwa pajjiżna. Kif qed jiġi muri f’dan is sit, din il-kelma mażuni hija abbużata ħafna. Fuq kollox, hemm mażuni regolari u anki mażuni rregolari, bid-differenza tkun li dawk regolari jkunu reġistrati b’mod uffiċjali. Kif ġa spjegajt, dawk irregolari ma jkunu rreġistrati mkien.
Issa ilu jingħad fil-media li l-maġistrat Carol Peralta hu mażun. Dan hu fatt. Huwa fatt li meta Konrad Mizzi ġie msejjaħ biex jidher quddiem il-membri tal-Accounts Committee, hu ħa miegħu żewġ avukati. Wieħed hu Jean Paul Sammut li kien jaħdem maċ-Ċaqnu. Illum dan għandu firm legali tiegħu li fiha hemm anki jaħdem Carol Peralta. Dawn huma fatti, bħal ma hu fatt li Carol Peralta’ hu mażun. Mela l-mistoqsija li nixtieq nagħmel lil Keith Schembri hija din? Veru li Carol Peralta daħħal lil Keith Schembri f’din l-għaqda massonika? U jekk din hija minnha, f’liema waħda hija?
Issa hemm l-avukat Jean Paul Sammut. Dan l-avukat għandu konnessjoni kbar mas-Servizzi Sigrieti Maltin li fuqhom joqgħod il-Kummissarju tal-Pulizija. Din mhix konġettura imma huwa fatt. Dan l-avukat għadu kif ħabbar li sar iċ-Chief Operating Officer ta’ Metropolis. Dan hu fatt. Dan il-proġett li daħal għalih dan l-avukat kien hemm warajh oriġinarjament Keith Schembri. Dan hu fatt. Mela l-mistoqsija tiġi waħidha. Verament li Keith Schembri ddaħħal f’għaqda massonika minn Carol Peralta? X’inhi l–konnessjoni bejn Jean Paul Sammut u Keith Schembri? Ara fuq dan id-dettal, li wara dan il-proġett ta’ Metropolis, hemm l-id ta’ Keith Schembri, la ta’ The Times u wisq anqas ir-Repubblichini qatt ma qalu xejn meta rrappurtaw din l-istorja:

Infakkar li Jason Azzopardi huwa membru tal-Opus Dei. Dan hu fatt. Infakkar li matul l-ġbir ta’ evidenza fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Jason Azzopardi qatt ma għafas jew staqsa mistoqisijiet iebsin lil Keith Schembri. Dan hu fatt. Infakkar li l-familja tal-Caruana Galizia qatt ma għamlu xi pressjoni fuq il-pulizija jew is-Servizzi Sigrieti Maltin (MSS) biex jinvestigaw lil Keith Schembri. Dan hu fatt. Finalment, meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, is-Servizzi Sigrieti Maltin kienu jiġu taħt Keith Schembri. Dan hu fatt. Infakkar li l-aħwa Degiorgio taw informazzjoni dwar is-Servizzi Sigrieti Maltin u kif dawn kienu qed isusu wara l-passi tal-istess Daphne Caruana Galizia biex jaraw meta toħroġ u meta tidħol. Dan hu fatt. Infakkar li wara li l-aħwa Degiorgio semmgħu l-involviment tas-Servizzi Sigrieti Maltin bħala potenzjalment involuti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, oħt Daphne ħarġet ixxejjen il-verżjoni tagħhom. Dan hu fatt. Infakkar li Jason Azzopardi stess stqarr li kien jaf li s-Servizzi Sigrieti Maltin kienu qed jimmanipulaw l-investigazzjonijiet fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia imma qatt ma tkellem qabel. Kien biss riċentament li qal xi ħaġa. Dan hu fatt. Għaliex dan l-avukat tal-Opus Dei qatt ma tkellem qabel u ddeċida li jgħid xi ħaġa issa?
Fid-dawl ta’ dan kollu, inħalli lil kulħadd jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.
Domanda pertinenti u tajba ħafna. Jidher li dawn in-nies huma nfiltrati kullimkien u fuq saff tas-soċjeta’.
Sur Mercieca mid.dehera ghandek informazzjoni tajba fuq min hemm fil.mazunerija…min tal.PN .republika establishment Qrati hemm f.din l.ghaqda..min huma,??????
https://simonmercieca.com/2023/05/27/when-two-political-aides-of-mario-de-marco-were-suspended-because-they-were-freemasons-will-the-pn-and-pl-give-us-the-list-of-who-amongst-them-is-in-freemasonry/
“Jekk din l-istqarrija ma toħroġx, allura dan l-għajdut hu kollu minnu.”
Mhux bilfors ghax tezisti possibility ohra, jista jkun li ma jqishukx importanti bizzejjed li haqqek risposta. Just saying.