Id-double standards tal-Prim Ministru fuq il-qrati
Minn Edwin Vassallo
Fejn irid il-Prim Ministru jitlob lill-qorti biex ikunu iebsin u fejn irid jgħid li ma jistax jindaħal lill-maġistrati u lill-imħallfin. Infakkar li meta l-Prim MInistru għamel il-kumment famuż tiegħu fuq l-inċidenti tat-traffiku u talab lill-qrati biex ikunu iebsin ma’ min joħloq inċidenti tat-traffiku u jibgħatu lin-nies il-ħabs, bħala avukat jaf li hemm proċessi pendenti u kriminali fil-qorti fuq każijiet tat-traffiku. B’hekk il-kumment tiegħu seta’ anki ppreġudika l-proċessi ta’ dawn in-nies.
Fil-istess waqt, meta jiġi mistoqsi dwar Joseph Muscat, il-Prim Ministru dejjem jinbidel f’avukat u jirrispondi li hemm proċessi ġudizzjarji għaddejjin u ma jridx jikkummenta. Mela għandna Prim Ministru li jitkellem skont il-persuna u skont l-każ x’inhu. Għandna Prim Ministru li jaf ibiddel il-kappell u jwieġeb kif jaqbillu. Dawn jgħidulhom Double Standards fil-politika. Huma dawn id-Double Standards li qed joħolqu sfiduċja fil-politika Maltija. Kull fejn tħares falzita’.
U kif jista’ jkun il-Prim Ministru ma jiddefendix lil Joseph Muscat? L-aħħar kliem ta’ tislima li Joseph Muscat ta lil Chris Fearne u lil Robert Abela kienu dawn il-preċiżi kelmiet “Chris, Robert aħilbu għaliex hemm minn fejn“.
U fil-ħalib tal-baqra hemm l-għaqda!

Emm differenza li tikumenta fuq dak li jista jigri u li ma tikumentax fuq dak li u ghadej. Issoltu lghob bil-kliem.