Is-survey tal-Ħadd ikkonferma li qed noqtlu l-fiduċja tal-poplu Malti fil-politika.

Minn Edwin Vassallo.

L-aħħar survey tal-Malta Today ikompli jikkonferma li l-ġenerazzjonji l-ġdida Maltija qed titlef il-fiduċja filpolitika u f’pajjiżna. F’dan is-survey ħareġ li 53% ta’ dawk inqas minn 35 sena ma jafdaw lill-ebda politiku. Il-qtuħ il-qalb u l-apatija politika f’dan il-pajjiż qed toħloq kriżi fil-fiduċja li fuqha jeħtieġ li nibnu lill-pajjiżna. Min qed jaħleb il-baqra li jisimha gvern għaddej tajjeb u min qed jgħix, jaħdem għall-ħobża ta’ kuljum, qed jaqta’ qalbu.

Pajjiżna qed jispiċċa “a dying out country “. Issa qed noqtlu l-fiduċja. Issa qed nitilfu t-tama fil-preżent u fil-ġejjieni u ser jkollna pajjiż bla identita’, ma jafx sewwa min hu u ser jnessuh min kienu missierijietu.
Il-mafia u l-forzi kollha tal-ħażen ser jwasslu lil dan ilpoplu jgħix ħajja fejn ħadd ma jimpurtah minn xejn u minn ħadd u dik tkun l-aħħar daqqa tal-mewt għall-poplu li ftit li xejn hawn min qed jipprova jsalvah.
Meta jiġri hekk, il-mafia tkun rebbħet kollox għaliex l-ewwel li tkun qerdet hija l-awtorita’ moralli minn kull entita’ responsabbli fit-tmexxija talpajjiż, inkluż dik tal-Knisja. L-aħħar li tinqatel hija rruħ soċjali tal-poplu Malti u dan kollu biex mingħandu l-flus jkollu aktar.

Jien, iżda, nibqa’ fiduċjuż li l-mafia tispiċċa teqred lilha nnifisha. It-tama tal-poplu trid tibqa’. Kuraġġ u nżommu l-fidi tagħna f’Alla. Jien nibqa’ nemmen li Alla jemmen fil-bniedem.

2 thoughts on “Is-survey tal-Ħadd ikkonferma li qed noqtlu l-fiduċja tal-poplu Malti fil-politika.

  1. Fi tliet kwarti tad-dinja inqas minn 60% fil-mija johorgu jivvutaw. Allura dawn qatu qalbhom hew they can make it on their own u m’ghandhomx bzonn politici.
    Hekk irridu nigu u dak iffisser li mill- indipendenza l’hawn imxejna l quddiem.

  2. Prosit Edwin naqbel perfettament ma dan l-argument. Keep the good work you are doing. GOD BLESS.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *