Where your opinion counts

Il-Partit Nazzjonalista hu dgħajjef wisq biex ikun ta’ theddida għall-gvern.

Minn osservatur politiku

Il-Partit Nazzjonalista, kif inhu llum, ma jistax ikun ta’ theddida għall-Partit Laburista fil-Gvern. Wieħed bil-fors ikollu jikkonkludi li din it-theddida mhux qed issir minħabba li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista hija waħda fjakka li ma tispirax fiduċja. Kieku l-affarijiet huma differenti kieku llum il-Partit Laburista fil-Gvern jinsab imwerwer minħabba d-determinazzjoni tal-Partit fl-Oppożizzjoni.

Kieku dak li qed jitfaċċa llum stajna nikkonsidrawh bħala polvri f’idejn il-Partit Nazzjonalista li jġib lill-Gvern jitkellem waħdu. Ma jistax ikun li jkun hemm min jibqa’ jaħseb li dak il-ħażin kollu li wettaq Joseph Muscat ma jkollux effett drastiku fuq il-Gvern tal-ġurnata. Kif jsta’ jkun li l-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed fuq wiċċ l-idejn wara dak kollu li ħareġ fuq Vitals u Steward. Suppost il-Partit Nazzjonalista qed jherri lill-partit fil-Gvern minħabba dawn l-iskandli kollha li ħerġin. Imma xorta jibqa’ l-fatt li din is-sitwazzjoni mhux qed tkun biżżejjed biex timmeljora l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. U dan mingħajr ebda dubju jirrifletti fuq in-nuqqas li hemm fit-tmexxija tal-istess partit.

Il-Partit fil-Gvern illum jew għada jrid bil-fors jitfaċċa r-realta li qed ngħixu fiha. Il-Prim Ministru Abela jkollu bil-fors jammetti li taħt l-amministrazzjoni Laburista ta’ qablu saru ħafna ħniżrijiet kbar. Jekk insemmu biss il-Panama, l-Electrogas, il-Vitals u l-qtil tal-ġurnalista, dawn għandhom jkunu biżżejjed biex juru li mill-bidu tal-ħakma Laburista kien hemm xamma qawwija ta’ korruzzjoni.

Ħafna huma dawk li qed jittamaw li l-Partit Nazzjonalista jkun verament sod billi jieħu deċiżjonijiet drastiċi li jwasslu biex dan l-istess partit jerġa’ jibda jgħolli rasu u jerġa’ jkun il-kalamita għall-poplu Malti u Għawdxi. Kulħadd jixtieq jara dawn l-avvenimenti jsiru għax ikunu ta’ ġid għal pajjiżna. Kulħadd jixtieq jara li jkun hemm partit li jista’ jkun l-alternattiva għall-partit fil-Gvern.

Fl-istess waqt il-Partit Laburista jekk ma jridx li jibqa’ jitlef mill-elettorat jrid bil-fors jieħu deċiżjonijiet li bihom iwarrab dak kollu ħażin li sar u jinvesti fuq affarijiet li jgħollu l-moral tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Biss hemm bżonn tal-kuraġġ. Hemm bżonn ta’ determinazzjoni biex ikun jista’ jinfatam minn dawk id-deċiżjonijiet oskuri li ħamġu lill-Partit Laburista.

Dawn mhumiex żminijiet faċli għall-Partit Laburista. Bħalissa ma hemm ebda garanzija li tiġi elezzjoni ġenerali oħra, il-partit Laburista jerġa’ jżomm il-Gvern. Dak kollu li ħiereġ qed inaqqas il-fiduċja fil-Partit ta’ Robert Abela. Biss il-fortuna tal-Partit fil-Gvern hija li l-Oppożizzjoni mhux qed tkun ħawtiela u pożittiva biżżejjed li tiggarantixxi li dawk diżullużi mil-Gvern iduru fuqha. U din is-sitwazzjoni tilgħab favur il-Partit Laburista mingħajr ma jkun jistħoqqlu.

2 thoughts on “Il-Partit Nazzjonalista hu dgħajjef wisq biex ikun ta’ theddida għall-gvern.

  1. Ifhem din profs , Il PN sar kadavru u QATT u QATT ma ‘nstemghat li bit tingis ta artikli bhall dan , kadavru jiccaqlaq …. jiccaqlaq qed nghid mhux jiehu il hajja …. Wiehed wkoll irid jew ma jridx jammetti li Il Labour qed. imexxuh zaghzagh kollhom energija u issa kabbru l’esperienza ta Gvern li iz zaghzagh Nazzjonalisti m’ghandhomx u jidhru min kif jitkellmu ghax ma jimpressjonawx. U bid dinosaurs Tal 80’s li jiffurmaw il bqija Il partit mma ghandux idea fejn qied. U kollha kemm huma b ‘ kapo Tal bierah

  2. Iz-zewg partiti uma mghamulin min hafna nies imma umma immexijien min cap. it-tmexxija tal cap Joseph Muscat kienet li gabet lil pneeeeee frak li ma jistax jingabar jekk ma jibdiex mil-gdid.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *