Żoni ħodor mingħajr parking jfisser li dawn l-ispazji mhux ser ikunu aċċessibbli għall-familji Maltin u Għawdxin.

Minn Edwin Vassallo

Ma hemmx isbaħ milli nieħdu ħsieb ngawdu l-ħdura u l-arja tal-kampanja jekk jista’ jkun ukoll fiċ-ċentri tal-ibliet u r-rħula tagħna, iżda minkejja l-kliem sabiħ tal-Prim Ministru, kollox hu bżieżaq tas-sapun. Kollox hu maħsub biex jinstema’ sbieħ. Uħud mill-proġetti li tkellem dwarhom il-Prim Ministru għandhom il-prezz qares tagħhom.

Kull żona ħadra jekk mhux ser jkollha l-kumdita’ tal-parking mhux ser tkun żona ħadra xejn u mhux ser tkun accessibli għall-familji. Illum hemm ċentri ħajjin aċċessibbli għall-familji skont kemm għandhom spazju disponibbli ta’ parking

Fil-Mosta stess, wara l-knisja, kien hemm triq li tipprovdi l-parking. Issa dan il-parking ser jintilef. Veru li hawn min jixtieq li kulħadd jimxi aktar iżda l-verita’ mhux hekk. Nistieden il-Prim Ministru biex jerġa’ jiġi l- Mosta u jgħid fejn ser jiżdid l-ispazju għall-parking jekk irid li jiġu l-familji jgawdu l-gnien li ser jitkabbar. Fejn ma hemmx aċċess għall-parking, il-verita’ tibqa’ waħda illum; ma hemmx aċċess għall-ħajja. Jekk il-parking ser jkompli jinqered jew mhux ser nieħdu ħsiebu, ifisser li mhux ser jkollna spazji għall-familji.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *