Il-Prim Ministru pprova jiskolpa lil Clyde Caruana u lil Chris Fearne mis-saga tal-kuntratt oxxen tal-isptarijiet.
Minn osservatur politiku
Il-Prim Ministru fil-Parlament prova jagħmel distinzjoni kbira kif ir-rapport tal-Awditur ħares lejh u t-tmexxija ta’ qablu. Robert Abela qal li r-rapport għamel distinzjoni kbira bejnu, bejn Chris Fearne u Clyde Caruana u l-oħrajn li kienu nvoluti fil-kuntratti tal-isptarijiet. Il-Prim Ministru prova jiskolpa lilu nnifsu, lil Ministri tas-Saħħa u tal-Finanzi tiegħu u prova jiddistanzja lilu u lil sħabu minn dawk ta’ qabilhom.
Imma dan ma jitwemminx għax il-Prim Ministru Abela nafu li ddikjara li huwa l-kontinwazzjoni tal-era Muscat. Jgħid x’jgħid jibqa’ l-fatt li hu huwa s-suċċessur ta’ Muscat u mingħajr dubju ġarr miegħu l-popolarita’ li kien kiseb Muscat tul it-tmexxija tiegħu. Barra minn hekk kulħadd jiftakar kemm kienet influwenti l-għajnuna li offra Muscat u l-mara tiegħu fil-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Laburista fl-2020.
Allura, meta tiftakar f’dawn l-affarijiet, kif tista’ teskludi l-fatt li l-Gvern ta’ Abela għandu ħafna x’jaqsam mal-Gvern Laburista mmexxi minn Muscat. Ma jista’ qatt Abela jinqata’ minn Muscat minħabba l-mod li mexxa l-kampanja tiegħu u ma dak li kien qal f’dawk iż-żminijiet. Huwa fatt li l-Prim Ministru Abela sab ruħu f’pożizzjoni antipatika ħafna u jaf li kull kif jiddeċiedi ser ikollu effett ħażin fuqu u fuq it-tmexxija tiegħu. Hu jaf tajjeb li jekk jitkellem fuq Joseph Muscat ser ikollu riperkussjonijiet kbar. Jaf li jekk jieħu pożizzjoni fuq Muscat ser ikollu telf kbir f’dawk li huma voti tal-partitarji li għadhom iħobbu lil Muscat.
Imma l-Prim Ministru, għalkemm mhux facli, jrid jiddeċiedi. Għandu bżonn ikollu l-kuraġġ li jagħżel bejn dak li hu tajjeb u dak li hu konvenjenti. Kollha nafu li jekk Robert Abela jiskuża ruħu għal dak li sar fi żmien Joseph Muscat ser ikollu attakk qawwi minn dawk li għadhom jaraw lil Joseph Muscat bħala l-idolu tagħhom. Ebda Laburist ma jista’ jinsa dak li rnexxielu jwettaq Muscat u r-riżultati li ġab. Fil-fatt Robert Abela baqa’ għaddej fuq dik il-mewġa ta’ suċċess li kien wettaq Muscat.
Mill-banda l-oħra jekk din l-apoloġija ma tiġix Robert Abela jkollu jġorr il-piż ta’ kwalunkwe skandlu li jista’ jiċċappas ma’ Muscat u l-Ministri ta’ madwaru. Abela qal u għadu jgħid li hu ma għandux x’jaqsam ma Dan li ġara qabel hu kien Prim Ministru. Imma huwa konvenjentament komdu li jinsa’ l-fatt li hu kien konsulent fi żmien li Joseph Muscat kien Prim Ministru, allura bħalma qal hu stess, hu kien jissorvelja fuq il-Ministri kollha li kellu Muscat.
Mingħajr ebda dubju Abela jkun qed jagħmel żball kbir jekk iħares lejn l-interessi tiegħu personali u ma jagħtix każ dak li hu neċessarju u ta’ ġid għall-pajjiż. Il-Partit Laburista tal-lum ma jistax jagħlaq għajnejh u jiddikjara li hu ma għandu x’jaqsam xejn mal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Kif jista’ l-Prim Ministru Abela jinjora dan kollu billi juża l-iskuża li dak kollu li nħema sar kollu qabel żmienu, meta nafu li l-poplu Malti u Għawdxi kien it-tellief f’dan kollu?

Minn skandlu oxxen jekk il-Prim Ministru kapaċi jilgħab il-karti tiegħu sewwa, kapaċi jkun il-fattur li trebbħu elezzjoni oħra u bil-kbir! Kif jidhru l-affarijiet sal-lum jidher li l-Gvern qiegħed fuq in-naħa t-telliefa. Din l-istorja apparti lat politiku għandha wkoll lat legali. Jekk hu ser ikun kapaċi jilgħab il-logħba legali b’mod intelliġenti, u hemmhekk jikseb dak li kullħadd qed jistenna jew jixtieq tkun rebħa kbira għalih. Nemmen li dan il-Gvern għandu r-rieda u tim ta’ nies kapaċissimi li kapaċi jagħmluha u jiksbu r-riżultati mixtieqa. Nistennew u naraw!!
Għadni ma nistgħax nifhem fejn il-poplu Malti kien tellief meta titfa’ dak kollu li rnexxilu jġib Joseph Muscat fil-miżien għall-Malta u Għawdex. Fuq l-isptarijiet għadna rridu naraw x’ma tagħwniex Stewards tal-flus li ħallasnihom imbagħad hemm il-qorti. Xi ftit aħjar is-servizz mediku li ingħata mit-tliet sptarijiet kien aħjar minn dak li kien jingħata qabel l-2013 allura progress kien hemm. Stewards ma wettqux l-investiment li daħlu għaliħ fil-kuntratt li ħadu minn għand Vitals u fuq hekk biss tilfu l-kawża l-qorti. Għax dak li kien ċar bil-provi. Għalija l-kawża li fetaħ Adrian Delia kienet mirbuħa qabel bdiet la Stewards fallew milli jimxu mal-kuntratt. L-ittra sigrieta li kellhom iffirmata minn Konrad Mizzi servithom ta’ giljottina għax kienet ukoll il-kawża li qatgħatilhom rashom barra! Ġabiltilhom l-ftehim jidher frawdulenti.
Ma emmx u ma jistax ikun emm paragun kemm gawda il-poplu Maltu u GHawdxi taht gvern tal-labour u taht gvern tal-pneeeeee. U dan jinkludi is-servitz tas-saha u servizzi ohra. U dan il-poplu Malti u GHawdxi tant jafu li cuntrarju ghal dak li jigi imbezzaq min dawn il-mehjutin min sorm ommhom il-poplu ghadu sal gurnata tal-lum jurih frizultat ta-elezjoni wahda wara lohra.