L-inkwiet kbir tal-Onorevoli Claudette Buttigieg minħabba li l-ħaxixa qed tħalli effett ħażin fuq il-klieb!
Minn Edwin Vsssallo
Naqbel mal-Onor. Claudette Buttigieg li jeħtieġ naraw li l-liberalizzazzjoni tal-ħaxixa ma tkunx ta’ periklu għall-klieb, iżda ninkwieta aktar meta nisma’ lill-Onor. Claudette tinkwieta fuq il-klieb aktar milli tinkwieta fuq in-nies!
Kif ħadd mill-Oppożizzjoni ma qal xejn dwar ir-regolamenti l-ġodda li jippermettu li l-ħaxixa tibda titkabbar fis-serer u mhux biss fil-“pots” jew “qsari”. Forsi issa li għaddiet il-liġi tal-liberalizzazzjoni tal-ħaxixa jew cannabis, l-Oppożizzjoni ma għadhiex titkellem. Infakkar li l-Oppozizjoni kienet għamlet sewwa li vvutat kontra din il-liġi, imma issa, li ġew għal dawn l-emendi, għażlet li tħalli kollox iseħħ favur il-liberalizzazzjoni tal-ħaxixa.
Jien nistenna li min iħossu responsabbli lejn in-nies jitkellem quddiem dan il-periklu kollu li qed noħolqu għas-soċjeta’ tagħna.
Tajjeb li nieħdu ħsieb l-interessi tal-klieb, iżda ma nistgħux ninsew lin-nies. Iż-żgħażagħ tagħna jiswew ftit aktar mill-klieb.
Jien niddejjaq meta nara “double standards” fil-ħajja u fil-politika.

ma ninsewx li ms Buttigieg gejja mil ambient ta l ispetaklu.
izzommina tbissima