Illum doqt personalment l-istat ta’ arroganza li ġiet ridotta Malta fl-immaniġjar tat-traffiku.

Dalgħodu kelli bżonn immur fi Triq Birbal. Din it-triq hija magħluqa miż-żewġ naħat tagħha. Il-warden li kien hemm fit-tarf ta’ isfel tat-triq kien ġentili u wara li spjegajtlu li ridt nidħol fit-triq għaliex ridt immur għand residenta li tgħix fl-istess triq, qalli mhix problema u tista’ tgħaddi.

Kif wassalt f’nofs it-triq (ftit ‘il fuq minn St Francis Street, sibt it-triq magħluqa għaliex kien qed isir xogħol fuqha permezz ta’ dumper. Id-dumper kien f’nofs it-triq, jibblokka t-triq. Bil-ġentilezza kollha tlabt lill-persuna li kien qed isuq id-dumper biex imexxih daqsxejn ħa ngħaddi. B’arroganza kbira, dan il-Malti qalli le. Mhux ser imexxih. Jien ppruvajt nispjegalu imma baqa’ jinsisti li kull ma kelli nagħmel hu li ndur bid-dawra u nidħol min-naħa l-oħra. L-anqas biss kellu d-diċenzja jgħidli stenna ftit għax daqt inlesti u ser ikun qed immexxih. Minflok beda jippilla u jgħidli li l-anqas suppost dħal minn dik in-naħa għax magħluqa bis-sign ta’ no entry. Għalxejn ippruvajt nispjegalu. Id-daħqa hija li din it-triq hija magħluqa bis-sign tan-no entry anki min-naħa l-oħra. Mela jista’ xi ħadd jispjegali kif wieħed jista’ jidħol f’din it-triq?

B’hekk kelli ndur bid-dawra u nidħol fi Triq il-Ferrovija l-Qadima u naqbad Triq Birbal min-naħa ta’ San Anton. Ma għandix xi ngħidu li dan kollu żied it-traffiku għaliex issa ġejt kontra l-kurrent tat-traffiku. U ma għandix xi ngħidu li t-triq kienet anki b’sign ta’ no entry fuq din in-naħa. Dan hu l-istat Kafkesk li ninsabu fih fit-toroq tagħna!

Meta wasalt fejn kelli mmur, iddeċidejt li mmur niġbed ritratti tax-xogħol mill-bogħod għaliex żgur li mhux aċċettabbli li arterja bħal ma’ hi Triq Birbal, il-kuntrattur jaħdem fuqha b’ħaddiem wieħed Malti u xi tnejn jew tlieta barranin. Hawn hux qed nattakka l-użu tal-ħaddiema barranin imma l-fatt li hemm ftit ħaddiema fuq lant tax-xogħol daqshekk importanti. Dan ix-xogħol ilu għaddej ġimgħat. Mela dak li laqatni hu l-ammont ta’ ftit ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol fi triq daqshekk traffikuża li qed tikkrea konġestjoni ta’ traffiku enormi.

Fuq kollox, laqtitni l-arroganza. Meta dan il-ħaddiem Malti rani nieħu r-ritratti ġie jiġri għas-sodisfazzjoni u fost ħafna kliem ta’ arroganza beda jċempel lill-kuntrattur u bħali ħa ritratt tiegħi. Kien f’dan il-waqt li ddeċidejt li nieħu ritratt tiegħu u nipproduċih f’dan l-artiklu. Ovvjament meta rani li qed neħodlu r-ritratti, sar aktar arroganti. Ma kellhiex problema li nidentifika ruħi. U pprova jiżżuffjeta biha.

Imbagħad niskantaw li qed ikollna daqshekk imwiet fit-toroq tagħna!

Qed nippubblika r-ritratti biex in nies jibdew jifhmu l-arroganza li ħakmet dan il-pajjiż u d-disastru li tinsab fih Transport Malta.

5 thoughts on “Illum doqt personalment l-istat ta’ arroganza li ġiet ridotta Malta fl-immaniġjar tat-traffiku.

  1. Moral decay can be observed in all Western countries. We only care about money and nothing else. Hence no morals and ethics, which is becoming more prevalent as we have become less religious. Additionally, police are apathetic and thus the rule of law in Malta is virtually. Thus the mess we are in.

  2. Il-Warden ma mesux halik tidhol meta triq maluqa u int ma mesekx tiprova tidhol biex umbghad titkaza bla-gharoganzza.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *