Ser jieħu passi d-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kontra sieħbu Jason Azzopardi talli kiser divjit tal-qorti?

Nixtieq infakkar x’kien kiteb id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia xi snin ilu. Jien kont akkużajt lil Philip Galea Farrugia li hu biċċa waħda ma’ Jason Azzopardi. Hu ma ċaħadx li hu ħabib tal-membru tal-Opus Dei Jason Azzopardi. Imma kien żied li hu ħabib ta’ kulħadd. Galea Farrugia qal li Jason Azzopardi ħabib tiegħu u akkużani fuq Facebook li jien qed nikteb dwaru għaliex qed nitħallas. Sal-lum, dan d-Deputat Avukat Ġenerali għadu ma pprova xejn, minkejja li għandu l-apparat tal-istat għad-dispożizzjoni tiegħu u jista’ faċilment jiċċekkja jekk qedx nieħu xi ħlasijiet talli qed nikteb kif qed nikteb. Fuq kollox, wara din l-allegazzjoni serja minn Galea Farrugia, il-banek għamlu due diligence fuqu u ma sabu xejn!

Fost dawk li qablu mad-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kien hemm l-avukat Joe Ellis li għal perjodu qasir kien spiċċa fil-Parlament Malti. Nispera li Joe Ellis jista’ jgħid l-istess anki għal sieħbu Jason Azzopardi. Finalment, it-tnejn kienu u naħseb li għadhom mar-Repubblichini.

Issa nixtieq nistaqsi lil Joe Ellis jekk għadux tal-istess fehma wara li Saviour Balzan, ħabib ieħor ta’ Joe Ellis, kixef li Jason Azzopardi huwa l-bniedem li qed jikser id-divjit tal-qorti u jgħaddi lill-ġurnalisti materjal li hemm divjit fuqu mill-istess qorti. Infakkar li l-materjal li Jason Azzopardi għadda lill-ġurnalisti huma ta’ proċeduri kriminali marbuta ma’ kompilazzjoni ta’ evidenza li kien qed jiġbor ħadd ħlief d-Deputat Avukat Ġenerali Galea Farrugia. Infakkar li bħala prosekutur pubbliku ma qal xejn meta Jason Azzopardi kiteb li min jippubblika jew jirriproduċi materjal li fuqu hemm divjit tal-qrati jkun verosimilment f’assoċjazzjoni mal-kriminali. Dak inhar Galea Farrugia kien qabel miegħu. L-anqas biss tella’ messaġġ fuq il-Facebook page wara li Saviour Balzan kixef li hu Jason Azzopardi li qed jikser id-divjiti tal-qorti.

Issa nixtieq nistaqsi lil Galea Farrugia x’ser jagħmel wara li ħareġ li Jason Azzopardi huwa l-persuna li qed jikser id-divjit tal-qrati fi proċeduri li jikkonċernawh direttament? Infakkar li l-media inġenerali qatt ma tattakkah lil Galea Farrugia. Anzi din l-istess media, inkluż dik tal-Arċisqof Scicluna, tattakka bla ħniena lil Victoria Buttigieg li tiġi fuqu, bit-tama li jġegħluha tirreżenja jew titkeċċa ħalli l-ħabib ta’ Jason Azzopardi, jiġifieri l-istess Galea Farrugia jidħol biċ-ċans biex forsi xi darba jsir minflokha. Finalment huwa l-persuna li tiġi awtomatikament warajha.

Infakkar li issa għaddiet aktar minn ġimgħa minn mindu, Saviour Balzan kixef li Jason Azzopardi kien qed jikser divjit marbuta ma’ kompilazzjoni u proċess ġudizzjarju li qed imexxi l-istess Galea Farrugia. Sal-lum għadna ma smajna xejn hekk hux ser jitteħdu passi kontra Azzopardi jew le.

Immaġina li kieku dak li għamel Jason Azzopardi għamiltu jien, kieku ġa arrestawni u tellgħuni l-qorti b’urġenza. Kieku l-pulizija u d-Deputat Avukat Ġenerali, Philip Galea Farrugia, ġa xebbgħu jgħajtu li jien f’assoċjazzjoni mal-mafia. Imma Jason Azzopardi tal-Opus Dei u għandu l-media tal-Arċisqof Scicluna miegħu, allavolja l-istess arċisqof jgħid li hu mhux membru!

One thought on “Ser jieħu passi d-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kontra sieħbu Jason Azzopardi talli kiser divjit tal-qorti?

  1. Ghandek point Sur Mercieca, imma listenijha hi jekk jasin hux ha jghamillu libel lil Balzan.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *