Clyde Caruana jrid jekonomizza fuq iż-żgħir għall-infiq bla kontroll tal-gvern
Minn Edwin Vassallo
Lill-Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana, nammirah. Meta jitkellem, għandu d-don kbir li jemmen li meta qiegħed jitkellem waħdu kulħadd ser jaqbel miegħu għaliex qiegħed jitkellem hu. Qallina “…il-gvern jeħtieġ jiġbor aktar taxxi u jeħtieġ jonfoq inqas“. Dan hu fi ftit kliem x’qal u x’qed jgħid dan l-aħħar Clyde Caruana lin-nies. Jien laqatni meta qal li “il-gvern jeħtieġ jonfoq inqas“. Bil-Malti l-espressjoni modern hija “dan bis-serjeta’?” L-Amerikani jgħidu “go and tell it to the marines“. Espressjoni oħrajn bil-Malti li jirrifletti dak li qed jgħid il-ministru “dan min ser jemmnu?” Jien ngħidlu “waqt il-prova kollox” u “bejn kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti“.
Kif qatt dan il-Ministru tal-Finanzi jista’ jitwemmen meta jgħid li l-gvern jeħtieġ jonfoq inqas, meta l-istess ministru ta’ qablu, kien żied is-salarju tal-gvernatur tal-Bank Centrali, propju ftit jiem qabel mar hu stess gvernatur tal-Bank Centrali? Illum akbar ma jkun kbir l-infiq, aktar ma jkun hemm varations fil-progetti, aktar jkun hemm qliegħ.
L-infiq tal-gvern huwa bla kontrall. Huwa bir bla qiegħ. Nitħassru lil dan il-ministru. Jidher li jgħix f’kometa maqtugħ għalih waħdu. Għadu ma jafx li ħadd ma jista’ jobdih. Ma jafx eżatt x’kien qiegħed jgħid. Jekk il-ministri sħabu jobduh, ma jkun baqa’ l-ebda gost li għalih tista’ tkun fil-gvern. Issa nistenna li jagħtina lista ta’ kemm varjaw fin-nefqa il-progetti tal-gvern, min dak li kien maħsub li jkun il-prezz finali għal kif varja attwalment fin-nefqa tiegħu!
