Żewġ ritratti li jitkellmu waħidhom
Minn Edwin Vassallo
Qed nippubblika żewġ ritratti li jitkellmu waħidhom. L-ewwel wieħed hu dwar l-laqgħa li kellu Ian Borg, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti ma’ Roberta Metsola fi Brussell. Din il-laqgħa seħħet illum, ftit siegħat ilu. It-tieni hu l-famuż ritratt ta’ Roberta Metsola tirrifjuta tieħu b’idejn Joseph Muscat.

Jien niddejjaq bil-falzita’ jew aħjar il-falzita’ idejjaqni. Fpajjiżna nitkellmu lingwa u fl-E.U oħra.
Mhux qiegħed ngħid għall-Ministru Ian Borg. iżda għal min darba ma jridx jieħu b’idejn Joseph Muscat. Mela tbiddel xi ħaġa minn dak in-nhar?
