The Times u l-Malta Today iridu jkomplu bil-kampanja tagħhom biex joskuraw ix-xogħol siewi ta’ Victoria Buttigieg

Illum, kemm The Times u l-Malta Today taw prominenza kbira d-diskors li għamel dalgħodu Bernard Grech fejn fih tkellem dwar il-konċessjoni li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed jinnegozja fl-2020 ma’ Steward. Matul id-diskussjonijiet, Robert Abela ma kienx jaf li dak li kien qed jagħmel kien kontra l-liġi. Din l-illegalita’ ġiet mgħarrfa lilu fl-aħħar ħin qabel ma ġiet iffirmata il-konċessjoni l-ġdida. Dan kollu ħareġ mir-rapport ta’ Shift News wara li studjaw fid-dettal dak li qal l-Awditur Ġenerali. Imma Shift News ħadet żball u qalet li dan kien kollu mertu għall-avukat tal-istat. Dan is-sit jista’ jikkonferma, li dan kien kollu mertu għall-Avukata Ġenerali Victoria Buttigieg. B’hekk Bernard Grech kompla fuq storja li bdiet f’Shift News u llum l-ġurnali komplew bil-kampanja tagħhom biex joskuraw ix-xogħol siewi li qed tagħmel din il-mara mingħajr pretenzjonijiet.

Issa qed jingħad li kien l-Avukat tal-iStat, flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti, li taw dan il-parir fl-aħħar mumenti qabel ma ġie iffirmat il-ftehim diskuss mill-ġdid. Fil-verita’, ir-rowl tal-avukat tal-istat hu biss li jagħti pariri, imma huwa biss l-avukat ġenerali, jiġifieri Victoria Buttigieg, li tista’ jwaqqaf lill-gvern milli jiffirma u dan hu dak li ġara f’dan il-każ.

Fi kliem ieħor, lavukat tal-istat kull ma jista’ jagħmel hu li jagħti opinjoni legali imma mbagħad tibqa’ f’idejn il-gvern jekk jieħux dak il-parir jew le. Imma l-avukat ġenerali għandu s-setgħa skont il-liġi li ma jiffirmax. Mela, l-unika persuna li tista’ ġġiegħel lill-gvern biex ma jiffirmax jew jipproċedi biex ftehim ikun iffirmat huwa biss l-avukat ġeneral. F’dan il-każ, il-mertu għandu jmur għand Victoria Buttigieg.

Dan kollu ġara fl-2020 ftit wara li Robert Abela sar Prim Ministru. Kienet tidher mill-ewwel li l-konċessjoni oriġinali kienet ta’ nkwiet kbir u kien għalhekk li Robert Abela pprova jagħmel xi ħaġa biex forsi iwaqqaf il-ħsara enormi li saret bl-ewwel konċessjoni mogħtija minn Joseph Muscat.

Fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali ddeskriva dawn in-negozjati bejn il-Gvern u Steward bħala eżerċizju fqir ta’ maneġġjar. Iżda xorta dawn id-diskussjonijiet waslu biex ġie preparat abbozz ta’ ftehim li tressaq quddiem il-Kabinett biex japprovah. Dan jikkonferma li ma setax kien l-avukat talistat li waqqaf dan il-proċess, għaliex l-avukat tal-istat ma jistax iwaqqaf deċiżjonijiet tal-kabinett. Huwa biss l-avukat ġenerali li għandu l-poter li saħansitra iwaqqaf deċiżjonijiet meħuda at cabinet level.

Steward kienu qalu lill-Awditur Ġenerali li tant kienu mxew f’dawn id-diskussjonijiet li saħansitra anke d-data ta’ meta kellha tiġi ffirmata l-konċessjoni l-ġdida kienet stabbilita’. Id-dipartiment tal-kuntratti jista’ jagħti parir imma ma jistax iżomm kuntratt. Dan ikompli jikkonferma li l-ftehim mar oltre mir-remit tal-avukat tal-istat jew tad-Dipartiment tal-Kuntratti. L-ebda dipartiment tal-gvern ma jista’ jżomm deċiżjoni tal-gvern. B’hekk dan il-ftehim kellu jkun ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 2020. Dan il-ftehim ma kienx iffirmat biss minħabba l-intervent tal-Avukat tal-Ġenerali u mhux tal-Istat u d-Dipartiment tal-Kuntratti. Issa ma hix kwistjoni ta’ parir imma ta’ endorsement. Dan l-endorsement seta’ biss jiġi mill-avukat ġeneral, imma dan ma ġiex.

Din l-informazzjoni kienet ikkonfermata minn Chris Fearne li qal li kienu mogħtija parir li dawn it-tibdiliet ma setgħux jiġu effetwati għax kienu jikkostitwixxu li l-Gvern kien ser jagħti kuntratt dirett lil Steward. Kien dak in-nhar, lejlet l-iffirmar, li Robert Abela bidel il-ħsieb tiegħu u ħassar kollox. Fil-fatt ma setax jagħmel mod ieħor, minħabba li l-avukat tar-Repubblika u mhux tal-istat, ma endorsjahx.

L-Awditur Ġenerali attakka bl-ikrah din l-inizjattiva ta’ Robert Abela. L-Awditur qal dan il-parir, li dawk it-tibdiliet ma setgħux isiru, missu ingħata fil-bidu ta’ dawn in-negozzjati u mhux fl-aħħar. Żgur li kellu jiġi deċiż qabel ma dan il-ftehim mar quddiem il-kabinett għall-konferma tiegħu. Jirriżulta li matul dawn in-negozjati ħadd ma kien irrealizza dak li kien qed jiġi negozjat. Kellu jkun parir fl-aħħar mument, minn Victoria Buttigieg, wara sena ta’ negozjati, li biddel kollox u l-konċessjoni l-ġdida kellha tiġi mwaqqfa.

U għar-Repubblichini, Victoria Buttigieg hija l-avukat ġenerali korrott u l-media tibqa’ taħdem kontra tagħha!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *