Is-survey tal-lum tal-Malta Today ikompli jikkonferma li qed jiżdiedu il-Maltin u l-Għawdxin li qed jitilfu l-fiduċja fil-PL u fil-PN.

Minn Edwin Vassallo

Illum il-Malta Today ippubblikat survey ieħor fejn fih hemm konferma oħra li l-Maltin u l-Għawdxin qed ikomplu jitilfu il-fiduċja fil-PN u fil-PL.

Dan ifisser li l-poplu tagħna qed ikompli juri l-isfiduċja tiegħu fil-politiċi. Dan huwa “political stress” kbir fuq il-partiti l-kbar u fuq il-poplu nnifsu. Il-poplu jixtieq jafda u ma għandux lil min jafda.

Jien ktibt u nibqa’ nikteb li mhux il-korruzzjoni l-aktar li qed iddejjaq lin-nies iżda l-arroganza għaliex hija l-arroganza li qed iżżomm lill-politiċi milli jbiddlu dak li hu ħażin mat-tajjeb għall-bżonnijiet tal-istess poplu tagħna.

Hija l-arroganza li qed tgħerri lill-PL fil-gvern bħalma kienet għerriet lill-PN. Hija l-arroganza li qed iżżomm lura lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari u d-deputati milli jifhmu li huma qegħdin hemm għan-nies, biex jaqdu lin-nies.

Hija l-arroganza li qed iżżomm lill-PN milli jattaka lill-PL b’arroganza, għaliex l-istess PN jaf li huwa qed iġorr piż kbir ta’ arroganza. Għalhekk ma jistax jattakka lil-Labour bil-ħażin tiegħu meta huwa mimli arroganza.

It-triq ‘il quddiem hija riċetta sempiliċi; dik tal-“Onesta u l-Umilita'” . Il-bqija, dan il-pajjiż qiegħed jegħreq.

2 thoughts on “Is-survey tal-lum tal-Malta Today ikompli jikkonferma li qed jiżdiedu il-Maltin u l-Għawdxin li qed jitilfu l-fiduċja fil-PL u fil-PN.

  1. M’hemmx dubju li aktar u aktar nies tilfu kompletament il-fiduċja fiż-żewġ partit. Il-PN ma jistax jaqbad art ma’ l-elettorat u mhux jagħmel progress! Li l-gvern wara dak kollu li qed jiġi żvelat inaqqas mill-popolarita’ tistennija, imma li l-partit fl-oppożizzjoni jibqa’ fejn ikun ma tifhimix.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *