Il-Kunsillier Laburista Victor Galea jakkuża lill-Transport Malta u jgħid li l-mewt ta’ persuna dal-lejl seħħ minħabba tkaxkir tas-saqajn minn din l-Awtorita’
Viżibilment emozzjonat, il-Kunsillier Laburista Victor Galea jakkuża lill-Transport Malta li dan l-incident li seħħ dal-lejl ġewwa Ħ’Attard u li fih mietet tfajla seħħ għaliex Transport Malta ma tridx tagħti widen għat-talba tal-Kunsill ta’ Ħ’Attard biex isiru speed cameras fit-triq fejn seħħ dan l-inċident. Il-kunsillier Galea qal li kemm il-kunsilliera Laburisti u dawk Nazzjonalisti kollha qablu fuq il-bżonn ta’ speed cameras. Jidher li l-arroganza qed tirrenja fi Transport Malta u mhux is-sens komun. Id-diskors ta’ Victor Galea lil Net News mar viral. Prosit lil dan il-Kunsillier li tkellem bla kantunieri.
M’hemmx x’tgħid aktar! Kull kumment ieħor huwa superflu. Min għandu jieħu azzjoni għandu jaġixxi mill-ewwel sabiex nevitaw diżgrazzi bħal dak li seħħ dan il-lejl.
Biex nevitaw dizgrazzi ghandna insuqu bhan-nies u mux nabuzaw ghax memx kamera.
Jiena naf xigifieri ghax bhall ma garage dal lejl gara it trig taghna Triq id-dahla ta San tumas M’Scala pero ma kienx hemm disgrazzja, w il kas gara lijli, kont fil perillu tal mewt 3 darbiet w ghadni qieghed nitghalem nimxi, anzjan ta 72 sena, ijla sentence nokrob ghal speed cameras, u Humped zebra crossing bil pelican lights,u ix xaghar laghda cempluli mill OPM u qaluli li Transport Malta ma accettawx ghal Speed cameras, imma accettaw ghal sleeping police ta 5cm gholja, it triq hi ta 50km pero kien ghaddej 150km il kass gara fil 11/3/23.
Vjal Kottoner, il-Fgura l-istess, faqghulna parapett darbtejn, l-ewwel darba nirringrazzjaw l’Alla li ma qatlulnhiex lit-tifla. Kulhadd ghaddej irid juri kemm jaf isuq fi ftit dritt u lixx. Issa isbah ghax anke karozzi bin-numri homor qed jghaddu regolarement matul il-gimgha. Kunsill bla sahha ta’ xejn u tal-LESA jigu hemm biex jidderiegu t-traffiku, mill-bqija ma jkellmu lil hadd.
Meta taħtar persuni nkompetenti basta jkunu mid-distrett tiegħek.
Le, jien mhux PN. Jien PL (kburi) aktar minn Aaron.
L-importanti…. Prosit Aaron mingħand il-Papà