Alex Torpiano huwa l-perit tekniku li l-Maġistrata Marse-Ann Farrugia kienet jew għadha qedha tistenna r-rapport tiegħu nkonnesjoni mal-bini li qatel lil Jean-Paul Sofia.

Tiftakru l-kjass kollu li kien qam minħabba li l-Maġistrata Marse-Ann Farrugia kienet għadha ma għalqitx l-inkjesta fuq il-każ tal-mewt ta’ Jean-Paul Sofia? Il-Prim Ministru kien uża dan il-fatt biex jiddejva l-attenzjoni minn fuq it-talba li kienet qed issir biex ikun hemm inkjesta pubblika. L-argument tal-Prim Ministru kien li mhux sew li din l-inkjesta kienet għadha ma ngħalqitx wara tliet xhur. Nesa li hemm inkjesti li ilhom s-snin miftuħa.

Fuq kollox, illum kulħadd nesa l-bżonn ta’ din l-inkjesta pubblika u ħadd ma għadu jitkellem fuqha.

Dan is-sit jista’ jiżvela li l-perit li tiegħu kienet jew għadha din il-maġistrata qedha tistenna r-rapport tekniku huwa Alex Torpiano. Torpiano hu wieħed mill-periti tekniċi li ġew imqabbda mill-qorti. Infakkar li sadanittant l-bini li kien fadal fil-post ta’ fejn ġrat it-traġedja twaqqa’.

Dan is sit jista’ jiżvela wkoll li kien hemm xi oġġezzjonijiet fil-konfront tal-Perit Alex Torpiano biex jagħmel dan ir-rapport tekniku peress li tqies bħala qrib ħafna tal-NGOs peress li huwa wkoll l-President ta’ Din l-Art Ħelwa. Għalhekk kien hemm anki xi oġġezzjonijiet biex ikun maħtur perit tekniku f’dan il-każ.

Alex Torpiano ma’ ministri tal-gvern fil-ftuħ mill-ġdid tat-torri ġewwa d-Dwejra Għawdex wara li ġie rrestawrat.

2 thoughts on “Alex Torpiano huwa l-perit tekniku li l-Maġistrata Marse-Ann Farrugia kienet jew għadha qedha tistenna r-rapport tiegħu nkonnesjoni mal-bini li qatel lil Jean-Paul Sofia.

  1. Tajjeb li l-persuni responsabbli għal din l-inkjesta sabiex tingħalaq kemm jista’ jkun malajr ikunu magħrufa. Kulħadd għandu jkun kontabbli, responsabbli u jwieġeb għan-nuqqasijiet jew ġustifikazzjoni għad-dewmien. B’mod independenti mhux ċar jekk il-pulizija bdew l-investigazzjonijiet tagħhom u dawk responsabbli għal din it-traġedja jwieġbu. Dwar il-fatt li fdalijet li kien baqa’ wara li waqa’ il-bini dan sar bl-approvazzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *