L-Arċisqof Scicluna ma wieġibx mistoqsijiet dwar laqgħat tiegħu mal-membru tal-Opus Dei Jason Azzopardi
Nibda biex nirringrazzja lill-Arċisqof Scicluna u lill-Media tiegħu talli sabu l-ħin fl-iskeda mgħaġġla tagħhom biex jirrispondu għall-artiklu li ktibt dwar laqgħa li Jason Azzopardi kellu mal-avukat Joseph Zammit Maempel ġewwa l-Belt. F’dan l-artiklu, jien għidt li Jason Azzopardi huwa membru tal-Opus Dei. Għidt ukoll li Scicluna huwa membru. Scicluna ċaħad li hu membru permezz ta’ stqarrija li ħareġ u li dehret fil-gazzetti kollha. Qal li din kienet informazzjoni qarrieqa.
Min-naħa tiegħi, jien bgħatt numru ta’ mistqosijiet lill-arċisqof Scicluna fejn staqsejtu jekk hux veru li wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien ikollu laqgħat tête-à-tête ma’ Jason Azzopardi biex jiddiskuti miegħu aħbarijiet kurrenti. Issa nispera li din hija wkoll aħbar qarrieqa. Dawn kienu l-mistoqsijiet li jien bgħatt lill-Arċisqof Scicluna:
a) Fil-kuntest ta’ investigazzjoni li qed nagħmel fuq dan is suggett, nixtieq nistaqsik jekk hux veru li Jason Azzopardi kien ikollu laqgħat privati miegħek wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?
b) Jekk f’dawn il-laqgħat kontx tiddiskuti aħbarijiet kurrenti?
c) U jekk f’dawn il-laqgħat kontux tiddiskutu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?
Jien bgħatt dawn il-mistoqsijiet il-Ħamis filgħodu. Sakemm ġejt biex nippubblika dan l-artiklu, jiġifieri llum s-Sibt, kont għadni ma ngħatajtx l-ebda tweġiba.
Issa nafu minn Saviour Balzan li Jason Azzopardi huwa il-persuna li kien qed jgħaddi informazzjoni konfidenzjali dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia lil terzi. Ovvjament ma hux ser ikun hemm l-ebda konsegwenza. Dan Azzopardi jafu sew.
Mhux ser nistaqsi lill-eċċellenza tiegħu Scicluna, jekk f’dawn il-laqgħat ma’ Azzopardi kienx joqgħod isemmilu d-dettalji li fihom dawn il-WhatsApp messages. Dak li nafu b’ċertezza u dan huwa fatt li ħadd ma jista’ jmerih, li l-media tal-Knisja kien u għadha f’kampanja mxajtna tipprova twaħħal f’Yorgen Fenech biex toskura lil veru ħatja.
Ma rridx ninstema li qed nagħmel kampanja kontra l-Opus Dei, imma dan is-sit jinsab infurmat li Jason Azzopardi baqa’ jmur l-laqgħat anki wara li telaq il-mara u spiċċa poġġut. Xi ħadd mill-membri tkellem u staqsa kif dan qed jiġi l-laqgħat meta ma għadux jgħix mal-mara? Wara li ppubblikajt dan l-artiklu fejn fih semmejt lill-arċisqof, ġejt ikkuntattjat u mogħti l-informazzjoni li Jason Azzopardi kien twaqqaf milli jibqa’ jmur għal dawn il-laqgħat. Għall-inqas hemm nies serji f’din l-organizzazzjoni.
Bħala għaqda Kattolika li l-fundatur tagħha ġie bbeatifikat minn Papa Giovanni Pawlu II, ma nafx għalfejn Scicluna qiegħed jiddejjaq jiġi assoċjat magħha. Li kont jien, kont ngħid li ma jienx membru imma ma niddejjaq xejn li kieku kont – anzi kont inkun kburi. Fuq kollox, kont inkompli ngħid li m’għandix dubju li hemm membri siewja. Anzi kont niddefendi l-iskop ġenwin meta l-qassis Spanjol Josemaría Escrivá de Balaguer y Albás (1902-1975) bdieha. Allura ma nafx għalfejn din iċ-ċaħda kategorika qishom qed jistħu mill-organizzazzjoni. Li kien nies l-arċisqof, messu ħareġ jiddefendi Opus Dei bħal ma Simon Cusens iddefendha l-għaqda li jmexxi. Ma nafx il-għala donnu tant ħerqan li jiddisassoċja ruħu minn din l-għaqda Kattolika li saħansitra għandha knisja f’Ruma u hemm membri tal-kleru fiha. Infatti, illum hija mmexxija minn Monsignor Fernando Ocáriz, li ġie appuntat mill-papa fl-2017.

All one has to do is connect the dots. Defending with your face covered is not defending when later, this was undone. Negating that one is part of an organisation is also defending. Both are not the way to rise up to criticism. Everything stinks, and yet, the truth continues to be violently opposed although it is already showing that it is self-evident.
It is high time that even the Archbishop will be accountable and transparent about his mission as the head of the Maltese archdiocese. Just a glance to his media house is enough to understand the blunt agenda of the Curia!!!
L-akbar glieda tal-bniedrm hi linma jitlifx sahhtu. L-istess jista’ jinghad ghall poter. Kullhadd jaf li Mintoff dghajjef il-poter u s-sahha esagerata li kellha l-kurja f’pajjizna, l-istess ghamel Joseph Muscat lill-PN. Mintiff u Muscat it-tnejn mexxejja tal-PL. U ghalhekk hi cara daqs il-kristall li zewg forzi bhall kurja u l-PN, ghandhom agenda wahda komuni. Dik li b’kull mod jiddiskreditaw dak kollu u dawk kollha li jappoggjaw lill-PL. Hadd m’ghandu ghalfejn jiddubita jew jiskanta – hlief min hu ghama u trux!