Il-Prim Ministru jrid iwettaq ġewwa pajjiżna dak li qal lill-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-Ukraina.

Minn Edwin Vassallo

L-ebda paċi bla ġustizzja u l-ebda ħaqq bla kontabilita’ fl-Ukraina“. Dan kien il-kliem li qal il-Prim Ministru Robert Abela lill-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-Prim Ministru fakkarna li “il-ġustizzja trid issir u trid tidher li qiegħd ssir“. Kemm hu kliem sabiħ dan il-kliem tal-Prim Ministru Abela fil-konfront tal-Ukraina. Iżda Onor Prim Ministru, aħna Malta qegħdin u kif jgħidu bl-Ingliż, “charity begins at home“. Il-Prim Ministru ma jistax jinsa li biex jitkellem kemm hemm bżonn ta’ kredibilita’ fil-konfront tal-Ukraina fil-fora lokali u f’dawk internazzjonali jrid verament jemmen fih diskors bħal dan. Fi kliem ieħor, biex il-Prim Ministru jittieħed bis-serjeta’ f’dak li qed jgħid għal Ukraina, irid ikun huwa stess li jipprattika dak li qed jgħid ġewwa Malta.

Sur Prim Ministru dak li tixtieq għal Ukraina wettqu f’darek stess. U darek hija Malta. Meta tagħmel hekk, tibda titwemmen. Pajjiżna wkoll qiegħed fi gwerra bħal Ukraina. Il-gwerra f’pajjiżna hija kontra l-inġustizzji, kontra l-loġika tal-korruzzjoni u kontra l-arroganza fost l-oħrajn. Pajjiżna mhux pajjiż li qiegħed jgħix il-ħajja fin-normalita’. Huwa pajjiż fi gwerra kontra dak il-ħażen kollu li daħal fih. Fuq kollox, qiegħed fi gwerra kontra l-loġika ta’ xejn ma hu xejn li qegħdha tgħerrieh.

F’Malta ukoll ma jistax jkun hawn il-paċi bla ġustizzja. Infakkrek li l-ġustizzja trid issir u tidher li qed isir. Dan ifisser li jekk il-ġustizzja ma tkunx qegħda ssir u tidher li qed issir, ma jkun qed isir l-ebda ġustizzja.

Onor Prim Ministru, ħu ħsieb darek l-ewwel. Put your house in order u mbagħad tara li tibda tittieħed bis- serjeta’.

One thought on “Il-Prim Ministru jrid iwettaq ġewwa pajjiżna dak li qal lill-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-Ukraina.

  1. Ħallina, Sur Vassallo. Fejn tafha differenti lil Malta fejn tikkonċerna l-korruzzjoni, l-inġustizzja u l-arroganza? Xejn ma kienu nieqsa fi żmien twil li Malta kienet imexxija minnkom. Taf, x’hemm differenza? Il-mod kif tal-PN ma jissaportux fl-oppożizzjoni u minflokk jiġġeddu u jumiljaw ftit ruħhom, le jaraw x’jgħamlu biex jisqulek il-valenu kemm iddum teħdilhom posthom. Fik id-differenza bejn iż-żewġt partiti. Tibqax, Sur Vassallo, temmen li dnubitkom kienu dawk bħal ta’ l-abbatini kif forsi daħlitilkom f’moħħkom Anne Fenech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *