Is-Sindku Laburista Josef Masini Vento juri r-rabja tiegħu lejn l-Awtorita’ tal-Ippjanar minħabba l-qerda tal-ambjent ġewwa Ħal Qormi.

Josef Masini Vento hu Kunsillier u Sindku tal-Partit Laburista ġewwa Ħal Qormi. Hu wieħed minn dawk fil-Partit Laburista li qed juri d-disapprovazzjoni tiegħu lejn ċertu politika tal-gvern. F’kumment li kien għamel fuq Facebook f’Jum Il-Ħaddiem, li kien iċċelebrat aktar kmieni dan ix-xahar, hu kien bagħat botti sottili lill-Partit Laburista fejn akkuża li hemm nies fil-gvern li sikru u ċaħdu l-prinċipji Laburisti.

Issa tella’ video fuq Faceboook fejn għamilha ċara li ser ikun qed jiġġieled favur li jkun salvaggwardjat l-ambjent ġewwa Ħal Qormi. Hu qed jakkuża l-Awtorita’ tal-Ippjanar bil-qerda tal-ambjent f’din il-lokalita’ Hu tkellem f’isem il-Kunsilliera kollha ta’ din il-lokalita’.

3 thoughts on “Is-Sindku Laburista Josef Masini Vento juri r-rabja tiegħu lejn l-Awtorita’ tal-Ippjanar minħabba l-qerda tal-ambjent ġewwa Ħal Qormi.

  1. Mintoff was always against Mepa He use to say its a Government in a Government. AND NO ONE TO BLAME.

  2. Kemm hemm bżonn ta’ aktar nies, kunsilliera, sindki, tesserati, eċċ li jitkellmu mingħajr kantunieri, biża jew agħar minn hekk jibqgħu siekta! Kull partit għandu bżonn nies li għandhom is-sinsla li dak li qed idejjaq lill-poplu jitkellmu u jitkellmu ċar mingħajr biża! Dawn huma l-ilħna li verament iridu l-ġid mhux joqgħodu kwieti għaliex jibżgħu li jiġu mwarrba!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *