Hu ċar li l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni ġewwa l-qorti
Ilbieraħ, The Times kienet mimlija b’dokumenti mill-inkjesta magisterjali tal-isptarijiet u saħansitra tgħid x’mistennija tikkonkludi. Prosit lill-ġurnalisti li jagħmlu xogħolhom.
L-ebda prosit lill-maġistrat. B’dak li ġara lbieraħ il-pożizzjoni tagħha saret intenibbli għaliex ma tistax tibqa’ tmexxi inkjesta li l-ħin kollu ħierġa l-informazzjoni minnha. Triq waħda għandha.
Sadanittant, il-Ministru tal-Ġustizzja baqa’ mill-ġdid fommu sieket. Ċara li tilef il-kontroll assolut. Is-serjeta’ titlob li jsejjaħ inkjesta amministrattiva sabiex jigu stabiliti l-fatti u ddeterminat kif u min qed jagħmel dawn il-leaks.
L-unika ħaġa li qed jagħmel il-Ministru tal-Gustizzja hi li fuq istruzzjonijiet ta’ Robert Abela, jiddefendi lill-Robert Abela. Huma bosta li jirreferu għalih bħala Jonatahan del Sol.
Sadanittant, tellgħet post Anna Mallia fejn uriet in-numri ta’ kumpilazzjonijiet li għad hemm pendenti. Anna Mallia tgħid li hija għarukaża li għad hemm kumpilazzjonijiet dwar breach conditions pending, dwar korruzzjoni minuri pending, dwar domestic violence pending, dwar sexual activities with a minor pending, dwar domestic violence pending etċ etċ.
