Wara l-aħħar storja, kemm Keith Arnaud u d-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia għandhom ħafna x’jirrispondu dwar il-professjonalista’ tagħhom.

Dalgħodu tellajt blogg bl-Ingliż fejn għidt li fir-rapport konfidenzjali li kienu għamlu Europol u li kienu tawh lill-Maġistrat Anthony Vella kienu wasslu għall-konklużjoni li ż-żewġ suspettati primarji fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kienu Keith Schembri u r-raġel tagħha, Peter Caruana Galizia minħabba l-infedelta’ tiegħu fiż-żwieġ.

Issa għandna din l-istorja fejn Tumuluri fejn qed jgħid li Keith Schembri qallu li jista’ jispiċċa bħal Daphne Caruana Galizia. Infakkar li hemm ħafna evidenza li tipponta lejn Schembri fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, imma minflok l-pulizija ħadmet fuqha u l-uffiċju tal-avukat ġenerali mexa fuqha, ġiet mitfugħa taħt it-tapit. Għandhom raġun l-aħwa Degiorgio li kitbu kif kitbu u l-media tal-Knisja Kattolika tat l-appoġġ tagħha lill-familja Caruana Galizia biex tipprova tiddiskredita lill-aħwa Degiorgio.

Din l-istorja tkompli turi kif ir-Repubblichini tefgħu lill-Partit Nazzjonalista at a tangent bl-istrateġija fażulla tagħhom biex joqgħodu jattakkaw lil Yorgen Fenech u jwarrbu lattenzjoni minn fuq il-veri masterminds f’dan il-qtil.

Imma hawn nixtieq infakkar x’kienu kitbu wara l-qtil ta’ Daphne, Keith Arnaud u Philip Galea Farrugia. Dawn kienu attakkaw lill-editur ta’ dak iż-żmien tal-Malta Independent David Lindsay fuq dak li kien kiteb dwar kif kienu qed jimxu l-proċeduri kriminali fil-konfront tal-aħwa Degiorgio u l-Koħħu. F’dan il-post Keith Arnaud ftaħar li hu the true source. Illum jidher ċar li Keith Schembri ikkrea stat ta’ terrur u dan seta’ jagħmlu biss għaliex kien jaf li kellu l-pulizija tipproteġih.

Infakkar fl-akkuża serja li għamlu l-aħwa Degiorgio li Keith Arnaud hu ħabib ta’ Keith Schembri u l-akkuża l-oħra li kien għamel Yorgen Fenech fil-qorti fejn qal li l-mara ta’ Keith Arnaud ħadet favuri mingħand Keith Schembri. Imsomma dak li kien kiteb David Lindsay dwar Philip Galea Farrugia qed jirriżulta bħala kliem profetiku. Illum il-poplu Malti jista’ jibda’ jirrealizza min verament kien jew qed jilgħab logħob maħmuġ bil-ġustizzja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *