Rabja kbira mill-eks-kanvassers ta’ Konrad Mizzi lejn Chris Fearne

Bħalissa fuq ir-raba’ distrett hemm rabja kbira lejn Chris Fearne għall-mod kif qed iġib ruħu l-Ministru tas-Saħħa. Il-kelma li qed tintuża hija dik ta’ “poxt”. Eks-Kanvasser ta’ Mizzi qal lil dan is-sit, li Chris Fearne jaf jilgħab il-logħba politika. Anzi hemm min qed jinsisti, li Chris Fearne ġie mgħejjun mill-Awditur għaliex dan tefa’ kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ Steward fuq Konrad Mizzi. L-eks-Kanvassers ta’ Mizzi qed jgħidu mela l-Awditur nesa meta Chris Fearne mar jippoppa sidru mal-Amerikani? Mela x’mar jagħmel jippoppa sidru meta l-Amerikani daħlu biex imexxu l-isptarijiet?

Imma hemm punt ieħor li forsi l-Awditur nesa jsemmi jew forsi ma setax isemmieh għaliex mhux parti mir-remit tar-riċerka tiegħu. Iżda la skont l-awditur, Chris Fearne twarrab u allura Fearne kien daqshekk kontra Mizzi, għaliex l-istess Fearne ħalla lil Mizzi jikkanvassja għalih u jattendi għall-attivitajiet tiegħu meta ħareġ biex ikun kap tal-Partit Laburista?

One thought on “Rabja kbira mill-eks-kanvassers ta’ Konrad Mizzi lejn Chris Fearne

  1. llum nifhmu għala Michelle Muscat ħadmet biex Abela jkun Prim Ministru , kollha hadmu minn wara dahar Fearne !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *