Ir-Repubblichini jinsabu f’paniku għax inqabdu li ħadu l-flus mill-passaporti.
Huwa ċar mill-mod kif ġie pubblikat artiklu llum f‘The Times li r-Repubblichini jinsabu f’paniku. Issa wieħed jista’ jikkonkludi li dawn il-pampaluni tar-rule of law ma ndunawx li daħħal fil-kont tagħhom tal-bank flus li ma jafux mnejn ġew. Ara fuq il-kontijiet tiegħi fil-bank tidħol biss il-paga u sallum jgħajruni mafjuż! Verament kif jgħid il-Malti, il-qaħba milli jkollha tagħtik!
Dan ħareġ wara tweġiba għal mistoqsija parlamentari li elenkat numru ta’ NGOs li rċivew donazzjonijiet minn dawk li xtraw il-passaporti. Il-Ministru elenka 38 organizzazzjoni li rċivew dawn id-donazzjonijiet mill-2020 ‘l hawn. Fosthom kien hemm Repubblika u Graffitti. Dawn iż-żewġ NGOs ħarġu stqarrija fejn ddikjaraw li huma ma kienux jafu li rċevew donazzjoni mingħand xi ħadd li xtara ċ-ċittadinanza Maltija. Nafu wkoll li dawn iż-żewġ NGOs huma kontra din l-iskema tal-passaporti.
Repubblika ħarġet tgħid li huma ma kienux jafu li rċevew €1,500 minn għand xi ħadd minn din l-iskema. Fil-fatt huma qalu li meta saru jafu huma taw il-flus tad-donazzjoni lura. Imma xorta jibqa’ l-fatt li kienu rċevew dawn il-flus. U li tawhom lura għax inkixfu. Emmen espressjoni bil-Malti meta jiġri hekk, Għidilhom iħalluna! Hu ċar li dawn irritornawhom għax inqabbdu.
Kieku ma ġiex magħruf dan il-fatt, kieku dawn il-flus kienu jibqgħu fil-kexxun tagħhom. Jista’ xi ħadd minn Repubblika jikkonvinċina li huma jirċievu l-flus fl-accounts tagħhom u ma jagħtux każ minn fejn kienu ġew? Possibli li dawn ma jagħmlux due diligence u jaraw min qed jagħtihom il-flus? Qed jippruvaw jikkonvinċuna li għalihom l-aqwa li jidħlu l-flus u ma jinteresshomx min ikun bagħathom? Possibbli ħasbu li l-poplu daqshekk ġaħan li jemmen dawn l-affarijiet?
Anke jekk l-NGO ma tkunx avżata li ser jintbagħtulha xi flejjes bħala donazzjoni, xorta min jieħu ħsieb l-accounts jinduna li jkunu daħlu flus fl-account tal-NGO. Xorta għandha taqbdu l-kurżita, jekk xejn, biex jara minn fejn ġew dawn il-flus u jivverifika jekk hux ġejjin minn sors tajjeb jew le. Possibbli li l-accountant ta’ Repubblika jiġi jaqa’ u jqum minn fejn ġew il-flus, l-aqwa li ġew? Din ma turix tmexxija finanzjarja soda, imma turi nuqqas ta’ professjonalita’ minn naħa tal-istess NGO.
L-iskema tobbliga lill-kandidati prospettivi li jixtru passaport biex jagħtu donazzjoni ta’ €10,000 lil xi NGO jew organizzazzjoni filantropika. Allura rridu nemmnu dak li qalet Repubblika li huma rċivew biss għotja ta’ €1,500. Fejn marru l-kumplament tal-għotja minn €10,000 skond kif tgħid l-iskema?
Skond il-kondizzjonijiet tal-iskema, d-donazzjoni għandha ssir direttament lill-NGO. L-applikant huwa obbligat li joħroġ irċevuta ta’ din id-donazzjoni. Irid iġib ukoll konferma mill-Kummissarju tal-Organizzazzjonjiet Volontarji li min ser jirċievi d-donazzjoni huwa reġistrat bħala għaqda volontarja. Skond l-iskema mhux dejjem l-NGO tiġi nfurmata li ser tirċievi din id-donazzjoni. Imma kif diġa għidna qabel, kull accountant għandu jivverifika minn fejn daħlu l-flus fl-account tiegħu. Naħseb li jekk xi ħadd jara donazzjoni ta’ għaxar t’elef euro fil-account, taqbdu kurżita’ biex jara min tahomlu.
Skond il-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarju ma jeżisti ebda obligu legali biex l-NGOs ikunu nfurmati li huma ser jirċievu tali flus. Il-Kummissarju żied jgħid li jkun tajjeb jekk l-NGOs jiġu nfurmati qabel b’din id-donazzjoni. Imma xorta jibqa’ l-fatt li l-onus jibqa’ fuq l-NGO partikulari li tivverifika minn fejn ġew dawn il-flus u jekk għandha tieħu xi azzjoni għandha toħodha mingħajr ma tħalli li din l-informazzjoni toħroġ fil-parlament. Ma tantx tagħmel sens li l-NGO tidher li hi reattiva minflok proattiva fejn jirrigwardjaw donazzjonijiet.
